Tuesday, December 16, 2008
Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Frangiskan Sekular 2008 - Ungerija
KONKLUŻJONIJIET
Il-prijoritajiet tal-Kapitlu Ġenerali jirreferu għat-temi li gejjin:
1. Formazzjoni
2. Komunikazzjoni
3. Preżenza fid-dinja
4. Gioventu Franġiskana
5. Fraternitajiet ġodda li qed jissawwru
FORMAZZJONI
Il-Formazzjoni tibqa’ il-prijorita assoluta tal-Kapitlu għall-Ordni kollu kemm hu. Il-Kapitlu għaraf is-siwi tal-proġett ta’ formazzjoni li ġa nbeda u ddeċida jkompli bl-istess direzzjoni sabiex hekk jiġi implementat b’mod sħiħ il-kors ta’ formazzjoni inizjali f’kull parti tad-dinja. Importanza kbira hija marbuta mal-formazzjoni tal-formatouri (dawk li jiffurmaw lil dawk li jidħlu) u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-fraternitajiet lokali huma milħuqa bil-proġett ta’ formazzjoni.
Flimkien mat-temi ġa proposti, huwa mitlub li l-proġett ta’ formazzjoni jinkludi wkoll it-temi li ġejjin :
1. Id-duttrina soċjali tal-Knisja
2. L-impenn soċjali u politiku tal-Fran[iskani Sekulari fid-dinja
3. Fehma aħjar tal-problemi sinjifikanti soċjali u politiċi ta’ llum
4. Żvilupp ta’ għajnuniet għal studju aktar iffukat u profound tal-leġiżlazzjoni ta’ l-OFS stess – Regola, Kostituzzjonijiet Generali u Ritwal.
5. Id-dokumenti l-aktar important tal-Knisja u tal-Maġisteru.
Il-Kapitlu ikompli jirrikkomanda li l-Presidenza tippromwovi l-formazzjoni permanenti billi tipproponi lill-fraternitajiet kollha fid-dinja tema ċentrali annwali u tipprovdi l-indikazzjonijiet neċessarji u għajnuniet biex tiżvilluppa u tistudja din it-tema
Barra minnhekk, huwa rrikomandat li l-formazzjoni ma tkunx implementata biss fuq livell intelletwali iżda wkoll fuq il-livell prattiku ta’ karita konkreta.
Il-Kapitlu jagħraf li s-sens ta appartenenza, il-vokazzjoni lill-fraternita, l-importanza u n-natura ta’ l-impenn tal-professjoni huma kollha elementi fundamentali fil-ħajja li l-Franġiskani Sekulari li għandhom jittieħdu, jiġu emfasiżżati u ri-proposti b’qawwa fil-formazzjoni inizjali u permanenti.
Huwa magħruf wkoll Il-bżonn urġenti li jiġu mdaħħla proġetti b’saħħithom u kkwalifikati ta’ promozzjoni vokazzjonali fil-livelli kollha ta’ formazzjoni.
Huwa rrikomandat ukoll li jkunu organnizzati mumenti ta’ “sharing”, bejn Frangiskani Sekulari u Frangiskani reliġjużi.
KOMUNIKAZZJONIJIET
Huwa magħruf li l-Ordni “jikkomunika” ftit wisq, kemm fi ħdan l-Ordni kif ukoll barra l-Ordni.
Fi ħdan l-Ordni, kull sforz kien sar sabiex il-komunikazzjoni tkun tista’ tiżdied, bil-għan li jkun hemm fehma u għarfien aħjar ta’ xulxin u wkoll biex tiġi implementata l-inizjattiva kemm fi ħdan l-Ordni kif ukoll barra mill-Ordni. Huwa essenzjali li l-Kunsillieri Internazzjonali jidħlu b’mod sħiħ f’l-irwoli tagħhom, f’rigward il-fraternitajiet nazzjonali tagħhom u lill-Presidenza, u li jikkomunikaw regolarment fiż-żewġ direzzjonijiet.
Huwa rrikomandat ukoll li tittie]ed kura partikulari fil-formazzjoni tal-Kunsillieri Internazzjonali f’dan ir-rigward billi jiġu żvilluppati marterji speċifiċi li jkunu jistgħu jiġu provduti lill-Kunsillieri Internazzjonalil ġodda mill-Kunsilllier Presidenzjali għall-dak il-qasam. (area)
Huwa meħtieġ li l-fraternitajiet nazzjonali kollha jinfetħu għal xulxin, l-aktar b’akkumpanjament u proġetti ta’ ġemellaġġi, speċjalment lejn il-Fraternitajiet ġodda u l-aktar fil-bżonn. Huwa meħtieġ li l-Presidenza tieħu rwol attiv ta’ promozzjoni u tħeġġiġ kostanti għall-għajnuna ta’ dan l-oġġettiv.
Bil-għan li jiġu mwieżna aktar il-fehma u l-għarfien tal-Ordni, kemm minn ġewwa w anke minn barra, huwa magħruf u apprezat x-xogħol eċċellenti li jitwettaq fuq is-sit elettroniku mill-Kapitlu li juri xewqa ċara li dan jiġi mtejjeb billi jittieħdu l-inizjattivi kollha meħtieġa nklużi dawk li jintalbu fondi neċessarji għas-support ta’ din l-inizjattiva.
Huwa mitlub ukoll titjib fid-database fejn huma miżmuma l-indirizzi postali w indirizzi elettroniċi li jistgħu jkunu aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-Ġifra (YouFra) għall-komunikazzjoni fil-livelli kollha.
Barra l-Ordni huwa meħtieġ li jkun stabbilit kuntatt effettiv u permanenti mal-Knisja fil-livelli kollha tagħha. Attenzjoni partikulari trid tingħata lill-Knejjes lokali sabiex tiġi rrealiżżata preżenza attiva fil-Knisa fejn in-nies jgħixu tassew ħajjithom.
Huwa wkoll meħtieġ jiġu identifikati kuntatti u modi biex tiġi stabbilita kollaborazzjoni li tagħti l-frott ma’ Franġiskani oħra, non-Kattoliċi, Terz ordnijiet, u ma’ movimenti ekkleżjali kollha u movimenti oħra ta’ rieda tajba li għandhom l-oġġettivi komuni ta’ l-OFS.
Wasal il-mument li nkunu kuraġġużi u viżibbli għas-servizz u ta’ xiehda tal-kariżma Frangiskana. Għal din ir-raġuni, fil-livelli kollha, l-Ordni jrid jieħu r-responsibiltajiet tiegħu li jkun preżenti b’mod attiv fl-okkażjonijiet ta’ laqg]at soċjali u fil-promozzjoni tad-drittijiet umani kif ukoll ta’ ġustizzja, paċi w integrita ta’ holqien. L-istrument priviliġġjat li għandu jkun mogħti l-appoġġ kollu b’kull mod possibbli, huwa Franciscans International.
PREŻENZA FID-DINJA
F’dan il-kapitlu ħarġet, bil-qawwa, l-ħtieġa li l-Franġiskani Sekulari li jassumu b’mod sħiħ is-sekularita tagħhom, li jkunu preżenti billi “jkunu” u “bix-xiehda tal-għemejjel tagħhom fid-dibattitu poliltiku u bil-kuraġġ jaraw sawrien ta’ liġijiet ġusti, fil-promozzjoni tad-drittijiet għall-ħajja fil-fażijiet kollha tagħha inklużi dawk li jbatu. Li huma fqar u dawk li huma mwarrba.
Għal żmien twil wisq, l-Ordni baqa’ “fis-sagristiji”. Wasal il-waqt u li ma jistax jiġi pospost aktar, li “jidħol fil-belt tal-bniedem”, biex jeżerċita’ b’determinazzjoni u b’viżjoni sħiħa r-responsibiltajiet tiegħu stess biex jixhed u jippromwovi ġustizzja, paċi, drittijiet umani u l-integrita tal-ħolqien.
Huwa meħtieġ li l-Ordni jkun preżenti bħala tali u mhux biss permezz ta’ inizjattivi ta’ valur fil-membri individwali tiegħu. Huwa important li niskopru mill-ġdid l-importanza tal-għarfien tiegħu nnifsu u f‘li nkunu ġisem wieħed għas-servizz tas-Saltna u tad-dinja sabiex din tista’ tkun mifidja fi Kristu. B’dan il-mod, l-Ordni jibda jkun konxju tad-dimensjoni dinjija tiegħu u tal-potenzjal soċjo-politiku li jista’ jinforza. Huwa d-dmir tiegħu (ta’ l-Ordni) li juża’ din il-preżenza f’kull rokna tad-dinja biex jaħdem effettivament kullimkien u jsir viżibbli bill jippromwovi inizzjattivi qawwija u kuraġġużi anke fl-organiżżazzjonijiet governattivi nazzjonali w internazzjonali.
ŻOGĦŻIJA FRANĠISKANA
Il-Kapitlu għaraf ix-xogħol eċċellenti li sar fis-sitt snin li għaddew fi ħdan il-ġoventu Franġiskana u jitlob il-Presidenza li tkompli tieħu dan l-impenn meħtieġ b’riżq il-Goventu Franġiskana billi temfasiżża r-responsibita tal-OFS lejn il-GiFra sabiex jiżdied u jitjieb l-għarfien u it-teħid attiv tar-responsibilta tagħha.
Huwa irrikomandat li jkunu mwettqa u magħmula distribuzzjoni bir-reqqa ta’ materji fundamentali prodotti mill-Presidenza.
Huwa mitlub li jkunu preparati għodda, meżżi, adekwati li jikkonċernaw l-għażla u l-preparazzjoni ta’ animatur fraterni fil-livelli kollha.
Kura w attenzjoni partikulari trid tingħata lill-fraternitajiet ġodda tal-ĠiFra li qed jissawwru u li tittieħed l-attenzjoni meħtieġa fil-formazzjoni tal-ĠiFra u ta’ Zagħżagħ li għamlu il-professjoni tagħhom fl-OFS.
Huwa meħtieġ li l-membri kollha tal-ĠiFra jkunu mistednin fl-okkażjonijiet sinjifikanti tal-OFS u li għaqda vera u qsim ta’ proġetti komuni jkunu mwettqa u magħmula.
Huwa mitlub ukoll sabiex l-informazzjoni meħtieġa tkun miġbura biex jinftiehem fejn teżisti il-ĠiFra u (magħruf) n-numru tal-membri tagħha fil-partijiet differenti fid-dinja.
FRATERNITAJIET NAZZJONALI ĠODDA LI QED JISSAWWRU
Fraternitajiet ġodda li qed jissawwru huma l-għana tal-Ordni, li tikber u tespandi għall-evanġeliżżazzjoni tad-dinja. Huma s-sinjal u kontribuzzjoni kwalifikata tal-vitalita tal-kariżma Franġiskana u partikolarment tal-kariżma Franġiskana Sekulari. Huma jikkostitwixxu xiehda Kristjana u Franġiskana, u minn xi daqqiet, l-unika waħda f’numru ta’ pajjiżi fid-dinja. Ta’ spiss din hija preżenza li tħalli l-frott għalkemm ippersigwitata w ostakolata, anke sal-punt li jissugraw ħajjithom, u hija din li żżomm u tmantni l-qalba tal-fidi fl-irkejjen kollha tad-dinja.
Il-fraternitajiet ġodda li qed jissawwru għandhom jiġu segwiti b’kura w attenzjoni partikulari. Il-Presidenza hija mitluba li tagħżel Kunsillier Presidenzjali bl-iskop li konkretament jassumi din ir-responsibita għall-fraternitajiet ġodda li qed jissawwru.
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li kull fraternita nazzjonali jkun akkumpanjat minn fraternita nazzjonali oħra li tkun stabbilita. Sfortunatament, s’issa,, ma kienx hemm respons u attenzjoni suffiċċjenti mill-parti ta’ fraternitajiet nazzjonali stabbiliti. Huwa rrikomandat bil-qawwa li kull fraternita nazzjonali stabbililta tirrispondi b’ġenerożita, bla dewmien u b’sens ta’ responsibilta biex jintlaħaq dan il-bżonn meħtieġ.
Huwa mitlub ukoll li tiġi studjata l-possibilta li jiġu miġbura fondi speċifiċi biex jwieżnu it-triq għall-fraternitajiet ġodda aktar fqar li qed jissawwru.
Tuesday, August 26, 2008
SANTA ELIŻABETTA TA’ L-UNGERIJA
“Dak li bniedem jiżra’, dak huwa jaħsad.Min jiżra’ f’ġismu jaħsad mill-ġisem it-taħsir;Min jiżra’ fl-ispirtu, jaħsad mill-ispirtu l-ħajjaTa’ dejjem.Ma negħjew qatt nagħmlu l-ġid; għax jekk ma naqtgħux qalbna, naħsdu fi żmienu. Mela, dment li għandna ż-żmien ħa nagħmlu l-ġid ma’ kulħadd, l-iktar ma’ qrabatna fil-fidi.”Galatin 6, 7b-101. ĦIELSA GĦALL-IMĦABBA TA’ ALLA U L-AĦWA Regola“Xhieda ta’ ġid li għad irid jiġi, u minħabba l-vokazzjoni li ħaddnu, fid-dmir li jiksbu s-safa tal-qalb, għandhom b’hekk jirrendu ruħhom ħielsa għall-imħabba ta’ Alla u ta’ l-aħwa.”Regola OFS Art. 12Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaIl-Familja u t-TwelidKull qaddis jitwieled minn familja u kultura partikulari, u dawn il-kulturi differenti li fihom insibu dawn il-ħajjiet qaddisa jgħinuna nsaħħu u nkabbru l-għarfien tagħna tal-Vanġelu universali. L-istorja umana ta’ Santa Eliżabetta kienet parti mill-ħajja qaddisa tagħha. Hi kienet minn nisel Ungeriż, fl-Ewropa tal-Lvant, bint ir-Re Indri II ta’ l-Ungerija. Hi twieldet fl-1207, kważi mitejn sena wara li l-antenati tagħha kienu aċċettaw il- Kristjanità. Wieħed minn dawn l-antenati kien ir-Re Stiefnu l-I, l-ewwel re Kristjan ta’ l-Ungerija (975-1038), li wara kien ġie dikjarat qaddis. Ibnu Emerik, (10071031) ukoll kien meqjus bħala qaddis.Eliżabetta kienet ukoll minn nisel Ġermaniż: ommha kienet Gertrude ta’ Andechs-Meran; oħt ommha (zijitha) kienet Hedwig (1174-1243), li kienet iżżewġet lil Enriku, Duka ta’ Silesia, kienet ukoll qaddisa. Minn dan naraw kemm kellha antenati qaddisin Eliżabetta u għaldaqstant kellha lil min tixbaħ.Meta kien għad kellha erba’ snin, Eliżabetta kellha tħalli l-familja tagħha għax ġiet imwiegħda li tiżżewweġ lil Ludwig IV, li ’l quddiem kellu jkun il-Landgraf ta’ Thuringia. Dan kien għad kellu ħdax il-sena. Magħha marru wkoll, biex jakkompanjawha u f1-istess ħin jibqgħu jfakkruha fid-drawwiet u l-obbligi reliġjużi tagħha, żewġ qassisin, Farkasius u David.Il-glorja ta’ Eliżabetta bħala mara qaddisa bdiet malli telqet mid-dar lejn Thuringia, fejn kellha tibqa’ mfakkra għax-xogħol li kienet tagħmel mal-foqra u batuti, u fejn irnexxielha tilħaq il-qdusija mar-raġel li Alla kien għażel għaliha, Iżda hi qatt ma nsiet l-oriġini tal-familja tagħha, u marret lura żżur lUngerija ftit wara li żżewġet. Hekk kif miet ir-raġel tagħha, minflok ma rritornat għand il-ġenituri tagħha, hi għażlet li tibqa’ tgħix f’dak il-pajjiż ġdid fejn kellha twettaq u ttemm dik l-għamla ta’ ħajja li kienet bdiet mal-foqra.Kelma t’Alla (Ġenesi 12, 1-9)U l-Mulej qal lil Abram: “Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. U jien nagħmlek ġens kbir, nbierkek u nkabbarlek ismek, u int tkun barka. Jien inbierek lil min ibierkek, u nisħet lil min jisħtek. U jitbierku bik it-tribujiet kollha ta’ l-art.”U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej; u mar miegħu Lot. U Abram kellu ħamsa u sebgħin sena meta ħareġ minn Ħaran. U ħa miegħu Abram ‘l Saraj martu, u ‘l Lot bin ħuh, u l-ġid kollu li kienu għamlu, u n-nies li kienu kisbu f’Ħaran. U ħarġu biex imorru fl-art ta’ Kangħan, u waslu f’art Kangħan.U Abram qasam l-art sas-santwarju ta’ Sikem, sal-balluta ta’ Mori; u dak iż-żmien kien hemm il-Kangħanin fl-art. U l-Mulej deher lil Abram u qallu: “Lil nislek għad nagħti din l-art.” U hemm bena artal lill-Mulej, li kien deherlu. Minn hemm telaq lejn il-muntanja fuq in-naħa tal-lvant ta’ Betel, u waqqaf l-għarix tiegħu hemm, b’Betel fuq il-punent u Għaj fuq il-lvant. U bena hemm artal lill-Mulej u sejjah isem il-Mulej. U Abram baqa’ sejjer, miexi, miexi lejn in-Negeb.Spiriwalità FranġiskanaMit-II Ittra lill-Beata Anjeże minn Praga ta’ Klara ta’ Assisi, 10 – 14Nitolbok għall-imħabba ta’ Dak li lilu offrejt lilek innnifsek bħala vittma qaddisa u li togħġbu, li tibqa’ tiftakar dejjem fir-rabta tiegħek, u żżomm quddiem għajnejk il-bidu tas-sejħa tiegħek. Dak li għandek f’idejk ibqa’ żommu sħiħ; dak li tagħmel, agħmlu sewwa. Tieqaf qatt, iżda b’mixja mgħaġġla, b’pass ħafif, b’riġlejk fuq is-sod, hekk li anqas it-trabijiet li jittajru ma jżommuk lura, imxi ‘l quddiem bla biża’, ferħana fit-triq li għaraft tagħżel b’għaqal kbir. U temmen lil ħadd, tħalli ‘l ħadd jingannak billi jfittex ibegħedek mill-fehma tiegħek jew li jfixklek f’din it-triq, u ma jħallikx trodd lill-Aktar Għoli il-wegħdiet tiegħek b’dik il-perfezzjoni li għaliha stiednek l-Ispirtu tal-Mulej. RiflessjoniAbraham ħalla art twelidu biex iwettaq il-pjan li Alla kien ħejja għalih. U talla obda, Alla għamillu din il-wegħda: “U jien nagħmel minnek ġens kbir, imbierkek u nkabbarlek ismek, u int tkun barka.” (Ġen 12,2). Anke Eliżabetta kellha esperjenza simili, u ħajjitha saret ukoll barka għal ġenerazzjonijiet li kellhom jiġu warajha.Lili wkoll Alla jgħamilli s-sejħa tiegħu għax għalija wkoll Hu għandu pjan. Dan il-pjan jista’ jfisser li jien ukoll ikolli nħalli warajja dak li hu komdu u nibda ngħix realta’ ġdida. Nemmen li l-pjan ta’ Alla hu l-aħjar għalija u għall-oħrajn? X’ser tkun ir-risposta tiegħi?2. Iqabblu l-ħsieb u l-għemil tagħhom mall-ħsieb u l-għemil ta’ KristuRegola“Bħala ‘Aħwa tal-Penitenza, Irġiel u Nisa’, bis-saħħa tal-vokazzjoni tagħhom, u mkaxxkrin mill-qawwa tfur bil-ħajja ta’ l-Evanġelju, għandhom iqabblu l-ħsieb u l-għemil tagħhom mal-ħsieb u l-għemil ta’ Kristu. Dan isir bis-saħħa ta’ bidla mill-qiegħnett li sseħħ fir-ruħ, li l-Evanġelju jsejħilha bl-isem ta’ ‘konverżjoni’, li minħabba li l-bniedem hu dgħajjef, trid issir kuljum.”Regola OFS Art. 7 Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaIt-Tfulija ma’ n-Nobbilta’ ta’ ThuringiaEliżabetta trabbiet fil-kastell ta’ Wartburg, li kien mibni fuq għolja tħares lejn il-belt ta’ Eisenach. Hi kienet intbgħatet hemm biex tidra l-ħajja rjali flimkien mal-futur raġel tagħha Ludwig, ħutu subien u oħtu. F’dawk iż-żminijiet il-familja ta’ Ludwig kienet waħda millaktar sinjura u rrispettata, u n-nobbiltà tagħha kienet fost l-aqwa fl-Ewropa u magħrufa maddinja kollha.Iżda sa minn ċkunita, Eliżabetta kienet konxja minn Alla u nġibdet b’imħabba kbira lejH. Kienet affaxxinat ruħha mill-kappella li kien hemm fil-kastell u kienet issib kull skuża, anke waqt li kienet tkun qed tilgħab, biex tmur fil-kappella u tinżel għarkobbtejha quddiem il-kurċifiss.Minkejja li trabbiet fil-lussu u r-rikkezzi, xorta waħda għarfet id-doveri tagħha lejn i1-proxxmu. Meta kienet tirbaħ xi ħaġa waqt il-logħob, kienet tmur u taqsamha ma’ xi tfal oħra li kienu fqar. L-imħabba lejn Alla kienet dejjem tikber fiha u din wasslitha biex tagħmel sagrifiċċji għaliH. Kemm il-darba kienet titlaq mill-logħob jew miż-żfin u tmur tagħti l-kumplament tal-ħin tagħha ’l Alla. Bħala sagrifiċċju, hi ma baqgħetx tilbes dak l-ilbies sabiħ u fin. Sa miċ-ċokon tagħha, hija bdiet dak il-proċess ta’ konverżjoni u penitenza, li huma s-sisien u l-qalba talKristjanità u vokazzjoni Franġiskana.Kelma t’Alla (Luqa 19, 1-10)Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ‘l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien ser jgħaddi.Ġesù, kif wasal hemm, ħares ‘il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek.” Dak niżel bla telf ta’ żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu.In-nies, meta rawh, lkoll bdew igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ. Imma Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej “Ara, Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b’xi ħadd inroddlu għal erba’ darbiet iżjed.” Qallu Ġesù: “F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni, għax dan ir-raġel ukoll huwa bin Abraham. Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.”Spiritwalità FranġiskanaKliem ta’ ħeġġa ta’ San Franġisk lill-Aħwa Irġiel u Nisa tal-Penitenza (Kap 1, 1-6)Dawk kollha li jħobbu ‘l-Mulej b’qalbhom kollha, b’ruħhom kollha u b’moħħhom kollu, u bis-saħħa kollha tagħhom, u li jħobbu lil għajrhom bħalhom infushom, u jobogħdu lil ġisimhom bil-vizzji u d-dnubiet tiegħu, u jitqarbnu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu, u li jagħmlu għemejjel xierqa ta’ penitenza; O kemm huma hienja u mbierka dawk l-irġiel u nisa li jagħmlu dawn l-affarijiet u li jissuktaw jagħmluhom. Fuqhom jistrieħ l-Ispirtu tal-Mulej, u jwaqqaf fihom id-dar u l-għamara tiegħu.Riflessjoni Il-pedament tal-futur ta’ ħajjitna jitqiegħed fit-tfulitna u fiż-żgħożija tagħna. L-istess il-qdusija, din tibda meta nkunu tfal, għax meta nitgħallmu ngħatu lilna nfusna ‘l Alla, dan ikun il-bidu ta’ proċess li jtul għal ħajjitna kollha. Kif jgħid tajjeb San Pawl lir-Rumani (12, 1): “Nitlobkom ħuti, għall-ħniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom. Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu skond it-tiġdid ta’ fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu t-tajjeb li jogħġbu, x’inhu perfett.” Matul ħajjitha, Eliżabetta dejjem fittxet li tagħti lilha nnifisha ‘l Alla b’dan il-mod. Jien infittex x’inhi r-rieda ta’ Alla f’ħajti, x’inhu dak li jogħġbu, dak li hu perfett?3. Jagħtu xhieda fid-dinja ta’ l-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħuRegola“Fi ħdan il-familja, għandhom jgħixu l-ispirtu Franġiskan ta’ paċi, fedelta’ u rispett għall-ħajja. B’hekk ikunu qed iħabirku biex jagħmlu mill-familji tagħhom sinjali u xhieda ta’ dinja ġa mġedda fi Kristu. L-aktar imbagħad il-miżżewġin, waqt li jkunu jgħixu l-grazzji taż-żwieġ, għandhom jagħtu xhieda fid-dinja ta’ l-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħu.”Regola OFS Art. 17Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaIl-Ħajja miżżewġaEliżabetta fehmet li ż-żwieġ ma kienx sempliċement xi ħaġa li twassal għall-ferħ jew biex tilħaq xi milja fil-ħajja personali, iżda vokazzjoni, serja daqs li kieku xi vokazzjoni reliġjuża u fl-istess waqt mezz li bih kienet imsejjħa biex tilħaq il-qdusija tagħha.L-imħabba tagħna lejn dawk li jkunu qed jgħixu madwarna, hi l-għeruq tal-għarfien tagħna għall-imħabba ġenerali u kif aħna rridu nħobbu ’l Alla. Din hija l-verità dwar l-imħabba talmiżżewġin, u kif il-Konċilju Vatikan II jgħidilna: “Din l-imħabba li ġejja mill-għajn ta’ l-imħabba divina,” jiġifieri, għandha l-oriġini tagħha minn Alla; u jkompli jgħid il-Konċilju: “l-imħabba vera bejn il-miżżewġin tingħaqad ma’ l-imħabba ta’ Alla u hija msaħħa u mogħnija bil-qawwa feddejja ta’ Kristu” (Gaudium Et Spes, Nu 48).Ma tantx ingħatat attenzjoni għall-ħajja miżżewġa tal-qaddisin; fil-fatt, Eliżabetta hi waħda mill-ftit qaddisin miżżewġa sa ftit snin ilu. Iż-żwieġ tagħha ma’ Ludwig IV ta’ Thuringia kien wieħed feliċi u kif għandu jkun. Hija għexet ħajjitha f’dan is-sagrament bħala mezz biex tħobb aktar ’l Alla. Skond Isentrude, li kienet waħda mill-aktar ħbieb viċin tagħha għax kienet id-dama li takkompanjha kull fejn kienet tmur, qalet li Eliżabetta u żewġha għexu s-sagrament b’mod ta’ min ifaħħru. Huma kienu jħobbu lil xulxin b’affezzjoni sabiħa, u kienu jqawwu u jgħinu lil xulxin fit-tifħir u s-servizz lejn Alla.Huma kienu qaddisin mhux għax ma kellhomx problemi, imma għax għarfu jgħelbuhom Huma għexu f’atmosfera immorali kbira u fost ħafna tentazzjonijiet, li l-kittieba ta’ dawk iż-żminijiet stqarrew b’mod apert. Però bħala koppja miżżewġa, huma kienu lesti li jevitaw dawk in-nases. L-irġiel ta’ madwar Ludwig kienu jiskantaw u jistqarru miegħu kif kien jirnexxilu jibqa’ fidil lejn martu. Hu kien iwieġeb: “Issemmuli qatt affarijiet bħal dawn. Jien għandi mara, u marbut magħha li nibqa fidil lejha.” Eliżabetta wkoll kellha tħabbat wiċċha ma’ perjodi twal ta’ separazzjoni minn ma’ żewġha, li kellu jivjaġġa spiss il-bogħod f’isem l-imperatur. Kull meta kien ikun fuq xogħol, hi kienet tirtira mill-ħajja rjali, minn dawk il-festi u xxalar biex tgħaddi aktar ħin fit-talb u b’hekk titbiegħed mid-distrazzjonijiet u tentazzjonijiet.L-istess bħal kull mara miżżewġa, Eliżabetta kellha tibbilanċja x-xogħol ma’ l-attenzjoni ta’ uliedha, lejn ir-raġel tagħha, kif ukoll d-doveri tagħha lejn Alla.Eliżabetta kienet konxja bl-inġustizzji li kienu jsiru b’dik il-ħajja ta’ lussu li kienet teżisti. Ixxewqa tagħha għal ħajja aktar sempliċi, xi kull tant kienet tissarraf f’konflitti ma’ l-imħabba lejn żewġha. L-uffiċjali ta’ Ludwig kienu jeżortaw u jimplimentaw taxxi nġusti mal-poplu. Eliżabetta, minħabba l-kuxjenza li kellha, ma kienitx tiekol minn dak l-ikel li kien jiġi minn qliegħ qarrieqi u b’hekk kienet takkuża b’mod indirett dawk l-inġustizzji li kienu jsiru. Ludwig kien jirrispetta dik id-deċiżjoni tal-mara tiegħu u anke jissapportjaha, u kien iwiegħed li jirranġa dawk l-affarijiet malajr kemm jista’ jkun.Eliżabetta għexet imħabbitha lejn il-familja bl-istess mod għall-imħabba lejn Alla, billi kemm hi kif ukoll ir-raġel tagħha baqgħu jipprattikaw il-fedeltà fiż-żwieġ, ir-rispett li kienu juru lejn xulxin, id-devozzjoni li kellhom għall-fidi u għax-xogħol ta’ kuljum. Huma t-tnejn kienu jpoġġu ’l Alla bħala ċ-ċentru tal-ħajja tagħhom. Huma jgħallmuna kif nistgħu aħna wkoll ngħixu din l-imħabba.Kelma t’Alla (1 Korintin 13, 4-8a)L-imħabba taf tistabar u tħenn; l-imħabba m’hijiex għajjura, ma tintefaħx biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn; ma tagħmilx dak li m’hux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha, xejn ma tinkorla; ma żżommx f’qalbha għad-deni, ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verita’; kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti. L-imħabba ma tintemm qatt.Spiritwalità FranġiskanaMit-II Ittra ta’ San Franġisk lill-Insara 26-27, 30-31Inħobbu ‘l għajrna bħalna nfusna, u min ma jridx jew ma jistax iħobbu bħalu nnifsu, għallanqas ma jagħmillux ħsara, iżda jagħmillu l-ġid. Ħa jkollna, għalhekk, imħabba w umilta’, u nagħtu karita’, għax dawn jaħslu r-ruħ mill-ħmieġ tad-dnubiet. Il-bnedmin jitilfu dak kollu li jħallu warajhom f’din id-dinja, imma jieħdu magħhom il-ħlas ta’ l-imħabba li jkunu wrew, u l-karita’ li jkunu għamlu. Ta’ dan huma jkollhom minn għand il-Mulej il-premju u l-ħlas li jkun jixirqilhom.RiflessjoniAħna lkoll niffurmaw parti minn familja. Alla hu fiċ-ċentru tal-ħajja familjari tiegħi? L-imħabba tiegħi għall-oħrajn hi riflessjoni tal-imħabba ta’ Alla għalija?4. Jimxu ferħanin ma’ wliedhom il-vjaġġ uman u spiritwali tagħhom.Regola“Bi trobbija nisranija, sempliċi u għaqlija, b’għajnejn miftuħa fuq il-vokazzjoni ta’ kull membru tal-familja, dawn il-miżżewġin jimxu ferħanin ma’ wliedhom il-vjaġġ uman u spiritwali tagħhom.”Regola OFS Art. 17Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaOmmEliżabetta u r-raġel tagħha kellhom tliet it-tfal: Hermann, li kien l-eredi biex jiggverna Thuringia wara missieru, li però miet ftit wara li beda jirrenja fl-eta’ ta’ tmintax il-sena. It-tieni wild kienet Sophia, li żżewġet lil Enriku, Duka ta’ Brabant. It-tielet kienet Gertrude li twieldet ftit wara li miet Ludwig, missierha. Minn qabel ma twieldet, il-ġenituri tagħha kienu ddeċidew li titrabba f’monasteru ta’ l-Oblati sabiex tingħata kollha kemm hi ’l Alla. Meta kibret bdiet tmexxi hi l-monasteru ta’ Altenberg u baqgħet meqjuma bħala qaddisa.Eliżabetta kienet taf u emmnet li l-ulied huma rigal minn Alla, frott tal-ġuf li huwa rigal. F’dawk iż-żminijiet, id-drawwa ta’ l-Insara kienet li jieħdu t-trabi l-knisja erbgħin jum wara li jitwieldu għar-rit tal-purifikazzjoni u tberik, biex ifakkru l-vjaġġ li għamlu Maria, Ġużeppi u ċ-ċkejken Ġesù lejn it-tempju f’Ġerusalemm wara li twieled. Eliżabetta wkoll għamlet hekk u marret fil-knisja ta’ Eisenach, ħafja, liebsa ħwejjeġ sempliċi u ġġorr it-tarbija tagħha f’idejha biex toffri l-frott tal-ġuf tagħha ’l Alla u b’hekk imitat lil Maria. Hemm ukoll hi ftakret f’dak il-kliem li qal Xmun fit-tempju: “U inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek!” (Luqa 2,35). Hi kienet taf li t-tfal jaf jagħtu ferħ kif ukoll tbatija u sagrifiċċju.Kellha wkoll tgħaddi minn esperjenza ta’ ansjetà u swied il-qalb minħabba wliedha; wara li sfat imkeċċija mill-kastell tagħha, hi sofriet minn qtigħ il-qalb meta ma kienitx taf fejn tmur toqgħod jew kif kienet sa titma’ ’l uliedha u finalment ġiet sfurzata titbiegħed minnhom sabiex setgħu ikollhom x’jieklu u jitrabbew b’saħħithom. Uliedha kienu wieħed mill-akbar sagrifiċċji li hija għamlet għal Alla.Eliżabetta riedet li wliedha jikbru fl-imħabba t’Alla u jtuh l-ewwel post f’ħajjithom. Hi kienet stqarret li kienet tippreferi li binha jilhaq saċerdot fqir Franġiskan milli jsir imperatur. Qatt ma kellha xi prużunzjoni jew kburija b’uliedha għax kienu wlied in-nobbli u setgħu wkoll jilħqu xi rjus kbar, iżda kienet biss tagħti każ ta’ ruħhom.Kelma t’Alla (Luqa 6, 43-49)“Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.Għaliex issejħuli, ‘Mulej’, u mbagħad ma tagħmlux dak li ngħid jien? Kull min jiġi għandi u jisma’ kliemi u jagħmel dak li ngħid jien, ħa ngħidilkom lil min jixbaħ. Jixbaħ lil wieħed li ried jibni dar, ħaffer fil-fond sa ma sab il-blat, u fuqu qiegħed is-sisien. Mbagħad għamlet xita bil-qliel, il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuq dik id-dar, imma ma setax jheżhiżha, għax kienet mibnija tajjeb.Iżda min jisma’ kliemi u ma jagħmilx li ngħid jien, jixbaħ lil wieħed li jkun bena daru fuq l-art mingħajr ma qiegħed sisien. Il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuqha u minnufih iġġarrfet, u saret ħerba kbira minn dik id-dar!”Spiritwalità FranġiskanaRegola mhux bullata Kap XXII, 17Dik iż-żerriegħa imbagħad li ġiet miżrugħa f’art tajba hija dawk li, jisimgħu l-Kelma b’qalb tajba u mill-aħjar, jifhmuha u jżommuha u jagħtu l-frott billi jżommu sħiħ.Riflessjoni X’inhuma s-sisien li fuqhom qed nibni l-familja tiegħi?5. Li jħarsu l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesù KristuRegola“Ir-Regola u l-Ħajja tal-Franġiskani Sekulari hi din: li jħarsu l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesù Kristu billi jimxu fuq l-eżempji ta’ San Franġisk ta’ Assisi, li fl-imġiba ta’ ħajtu lejn Alla u lejn il-bnedmin, għamel lil Kristu l-ħsieb u l-qofol ta’ kollox.Kristu, għotja ta’ l-imħabba tal-Missier, hu t-Triq li twassal għandu; hu l-Verita’ li l-Ispirtu s-Santu jdaħħalna fiha; hu l-Ħajja li Hu ġie biex jagħti u jagħti bil-kotra.Barra minn dan, il-Franġiskani Sekulari għandhom jagħmlu ħilithom u jaqraw ta’ sikwit l-Evanġelju biex hekk jgħaddu mill-Evanġelju għall-ħajja u mill-ħajja għall-Evanġelju.”Regola OFS Art. 4Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaTiltaqa’ mall-Patrijiet FranġiskaniIx-xewqa ta’ Eliżabetta biex tgħaddi ħajja aktar devota kompliet tikber dejjem fiha. Kienet irċeviet rigal li kien jikkorrispondi max-xewqat tagħha meta bejn l-1223 u 1224 kienu waslu l-ewwel missjunarji Franġiskani ġo Eisenach. F’dak iż-żmien Eliżabetta kellha madwar it-tmintax il-sena. Hi tat permess lil dawn is-saċerdoti biex jużaw knisja ġo Eisenach u tant saret devota lejhom illi hi stess nisġet tonka tas-suf għalihom it-tnejn.Minn dak kollu li tgħallmet dwar il-ħajja ta’ San Franġisk u x-xogħol ta’ dawk il-patrijiet li kienu jmorru jduru ħafjin u jittallbu mad-dinja kollha, wisq probabbli ħalla mpatt enormi fuqha, għax meta kienet tkun mad-dami li kienu jikkumpanjawha, hi kienet tgeżwer magħha biċċa drapp diżutli u biċċa oħra ma’ rasha u tgħid: “Hekk nibda mmur nimxi meta nmur nittallab u nuri ruħi li ninsab fil-miżerja għall-imħabba t’Alla.” Din kienet aktar minn xewqa: biex twettaqha f’dak il-mument kien impossibbli minħabba li kellha l-familja tagħha. Wieħed minn dawk il-patrijiet Franġiskani, Patri Rodeger, sar id-direttur spiritwali ta’ Eliżabetta. Hu ħeġġiġha biex tgħix l-kastita’, l-umilta’ u l-paċenzja, u sabiex tisgħar fit-talb u twettaq għemejjel ta’ ħniena.Forsi dawn il-patrijiet kienu jafu dwar il-Fraternitajiet Penitenzjali li kien hemm fl-Italja u kienu midħla talMemoriale Propositi (l-ewwel Regola Franġiskana għas-sekulari), kif ukoll l-ewwel ittra ta’ San Franġisk lill-aħwa talpenitenza. Aħna ma nafhux jekk Eliżabetta osservatx jew le din ir-regola; li huwa ċert iżda, hu li aktar tard hi pprofessat bħala Penitenti. Jista’ jkun li osservat ir-regola b’mod informali. Pero’ żgur li fil-qiegħ nett ta’ qalbha kien hemm dik l-istess imħabba li San Franġisk kellu għall-umiltà u l-faqar.Kelma t-Alla (Luqa 9, 57-62)Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesu’: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar ta’ l-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.”Lil wieħed ieħor qallu “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel imur nidfen lil-missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom. Iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil tad-dar.” Qallu Ġesu’: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura m’huwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.” Spiriwalità FranġiskanaTwissijiet Kap 6Ħuti, ejjew ilkoll kemm aħna nsammru l-ħarsa tagħna fuq ir-Ragħaj it-tajjeb li sofra l-Passjoni fuq is-salib biex isalva lin-ngħaġ tiegħu! In-ngħaġ tal-Mulej imxew warajh fit-taħbit u l-persekuzzjoni, fil-mistħija u l-ġuħ, fil-mard u fit-tiġrib, u f’kull prova oħra; u ta’ dan kollu ħadu bħala premju mingħand il-Mulej il-ħajja ta’ dejjem. Għalhekk, hu għajb kbir għalina, qaddejja ta’ Alla, li, waqt li kienu l-qaddisin li għamlu l-għemejjel tajba, aħna rridu nieħdu l-glorja u l-ġieħ sempliċement għax noqogħdu nsemmu dak li għamlu huma! Riflessjoni Li nagħarfu l-vokazzjoni tagħna u t-triq li rridu ngħaddu minnha huwa proċess tul ħajjitna kollha. Ħafna drabi jgħinna ħafna meta niltaqgħu ma’ persuni li jkunu qed jgħixu xi vokazzjoni. Meta ltaqgħet mall-Patrijiet Franġiskani, Eliżabetta saret taf bil-ħajja u t-tagħlim ta’ San Franġisk u li għenha tagħraf il-mixja tagħha f’ħajjitha. Minn hemm ‘il quddiem, hi għamlet l-għalmu tagħha kollu biex timxi fuq dak it-tagħlim.U jien kif qed ngħix il-vokazzjoni tiegħi fl-Ordni Franġiskan Sekular?Eliżabetta, mhux biss tgħallmet mingħand il-Franġiskani; hi tagħthom l-għajnuna li kellhom bżonn, kemm dik personali, kif ukoll fil-ministeru tagħhom. Din it-tip ta’ għajnuna u mħabba lejn xulxin għandu jkun ta’ eżempju għalina fir-relazzjoni li jkollna mall-patrijiet ta’ l-ewwel Ordni. 6. Jilqgħu lill-bnedmin kollha bħala għotja tal-MulejRegola“Bħalma l-Missier jara f’kull bniedem is-sura-xbieha ta’ Ibnu, il-kbir fost ħafna aħwa, hekk il-Franġiskani Sekulari għandhom jilqgħu lill-bnedmin kollha b’qalb ħelwa u umli, bħala għotja tal-Mulej u xbieha ta’ Kristu. Is-sens tal-fraternita’ jagħmilhom hienja u lesti biex jitħalltu mingħajr kburija mal-bnedmin kollha, l-aktar maż-żgħar nett, li għalihom jagħmlu ħilithom kollha biex joħolqulhom kundizzjonijiet ta’ ħajja li tixraq lill-ħlejjaq mifdija minn Kristu.”Regola OFS Art. 13Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaSens ta’ ġustizzja u l-fqarEliżabetta kienet mgħallma mill-konfessur tagħha, Conrad ta’ Marburg, biex dejjem timxi skond il-kuxjenza tagħha. Dan hi għamlitu meta rrifjutat tiekol dak l-ikel li kien ipprovdut lilhom millgħelieqi ta’ żewġha u li kienu ttieħdu b’mod inġust mingħand bdiewa foqra.Hi kienet taf li l-foqra ma riedhux biss mingħandha l-kompassjoni tagħha, imma ġustizzja wkoll. Dan is-sens ta’ ġustizzja, kellu, aktar il-quddiem iwassalha, wara li tkeċċiet mill-kastell u l-artijiet tar-raġel tagħha, biex tirrifjuta li tkun sostnuta minn ħu żewġha li kien qed jiggverna Thuringia wara li sfat armla. Skond Irmingard (li kienet id-damiġella tagħha), dan hi għamlitu għax ma rieditx tirċievi l-għejxien tagħha minn fuq dar il-foqra, kif kien dejjem isir f’dawn iż-żminijiet.Eliżabetta dejjem ippruvat tagħmel ħilitha kollha biex tippreserva d-dinjità tan-nies foqra li kienet tiltaqa’ magħhom. Peress li kienet taf illi ħafna drabi, kull meta kien imut xi ħadd fqir ma kienx jitkeffen, hi kienet tipprovdi drapp fin u xieraq u anke tkeffen il-mejtin foqra hi stess.Fehmet ukoll li d-dritt tax-xogħol huwa wieħed mill-aktar elementi li jgħolli d-dinjità umana. Meta fis-sena 1226 kien hemm ġuħ kbir f’Thuringia, hi rat li l-foqra mhux biss kienu jiġu mitmugħa, imma li jkollhom x’jilbsu u l-għodda xierqa ħalli jkunu jistgħu jaħdmu u jippreparaw għall-prodotti agrikoli tagħhom.F’dawk iż-żminijiet, kemm in-nisa tqal, kif ukoll it-trabi tagħhom, kienu jkunu mgħedda millfaqar, kif, wara kollox anke llum naraw f’pajjiżi foqra, speċjalment fl-Afrika. Eliżabetta kienet tieħu ħsieb u tara li n-nisa’ tqal kien ikollhom x’jieklu biżżejjed. Mhux hekk biss, imma kienet ukoll tgħinhom finanzjarjament sabiex ikunu jistgħu jmantnu l-familji tagħhom.Eliżabetta kienet tgħix ta’ sinjura ġo kastell, però xorta waħda kienet tagħti każ ta’ kull ma kien għaddej mis-swar ‘il barra. Kienet konxja mill-miżerji umani li kienu jeżistu. Hi kienet toħroġ u tiltaqa’ mal-foqra u bis-saħħa t’hekk inbidlet hi!San Franġisk, fit-testment tiegħu qal li l-bidu tal-konverżjoni tiegħu kien meta ltaqa’ mall-lebbrużi. Fihom huwa ra t-tbatija ta’ Kristu. Eliżabetta wkoll rat lil Kristu fil-lebbrużi u skond leġġenda, darba waħda kienet daħħlet lil wieħed lebbruż fl-istess sodda tagħha u meta żewġha ħares lejn is-sodda, huwa ra ’l Kristu msallab hemm. Eliżabetta kienet iddur bil-lebbrużi billi taħslilhom saqajhom, tikkunslahom u anke tgħinhom finanzjarjament.Fl-1226, meta żewġha mar l-Italja, waqa’ ġuħ kbir fil-Ġermanja. Eliżabetta temgħet il-foqra kollha billi qasmitilhom il-qamħ li kien hemm merfugħ flimħażen ta’ żewġha. Saħansitra kienet tqassam mill-istess ikel li kien ikollha hi.Eliżabetta bniet sptar għal foqra ġewwa Wartburg u kienet iddur bil-morda, anke ma’ dawk fost l-għar każi ta’ mard. Qatt ma qatgħet qalba mill-kruha tal-mard jew mill-intiena li kienet toħroġ minn dawk l-imsejkna. Tant kienet qalbha tajba u tħenn illi t-tfal il-foqra kienu jmorru jiġru lejha u jsejħulha “Ma”.Kelma t’Alla (Mattew 25, 34-36, 40)Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu; “Jien kont bil-guħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni. Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.”Spiriwalità FranġiskanaTestment 1-3Il-Mulej ta lili, fra Franġisk, il-grazzja li nibda nagħmel penitenza hekk: għaliex, billi jien kont ingħix fid-dnub id-dehra ta’ l-imġiddmin kienet għalija wisq ta’ min jistmerrha; iżda l-Mulej innifsu mexxieni f’nofshom, u jiena wrejt ħniena magħhom. U wara li qdejt dmiri lejhom, dak li qabel deherli li hu morr, inbidel għalija fi ħlewwa għar-ruħ u għall-ġisem. Imbagħad, qgħadt ftit, u ħallejt id-dinja.Riflessjoni Meta niltaqgħu ma’ min hu batut, irridu naraw lil Kristu fih, speċjalment fit-tbatijiet tiegħu. Irridu nagħtuh dik l-attenzjoni u l-imħabba personali bħalma kieku nagħtuha ‘l Kristu, għax hu wkoll ħuh. Il-laqgħa tagħna ma’ min qiegħed ibati trid tbiddilna wkoll, billi nitgħallmu nagħmlu sagrifiċċju għal ħaddieħor u ngħixu ħajja aktar sempliċi.7. Jimxu wara Kristu, fqir u msallabRegola“Magħqudin ma’ l-ubbidjenza fejjieda ta’ Ġesu’, li ħalla r-rieda tiegħu f’idejn Missieru, għandhom iħarsu bil-fedelta’ kollha d-dmirijiet tagħhom skond il-qagħda ta’ kull wieħed u ċ-ċirkustanzi tal-ħajja. Jimxu wara Kristu, fqir u msallab, billi jistqarruh ukoll fis-siegħa ta’ l-għawġ u l-persekuzzjonijiet.”Regola OFS Art 10Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaArmla u mkeċċija mill-palazzLudoviku, ir-raġel ta’ Eliżabetta, kien ilu li ppjana biex imur għall-kruċjata ma’ l-imperatur Federiku II sabiex jeħilsu l-Art Imqaddsa minn idejn ilMusulmani. Għaldaqstant, f’Ġunju tal-1227 beda bil-vjaġġ tiegħu lejn l-Italja minn fejn kellu jaqbad xini li jieħdu fl-art qaddisa. Eliżabetta tant sabitha bi tqila li kellha tinfired minnhu, li marret miegħu sa tarf it-territorju tagħhom. F’dak iż-żmien kellha sitt xhur tqala bit-tielet tarbija.Waqt li Ludoviku kien qiegħed Otranto, fl-Italja t’isfel, jistenna biex jimbarka xini li kellu jwasslu fl-Art Imqaddsa, faqqgħet epidemija serja fil-kamp talkruċjati u minħabba f’hekk huwa miet fil-11 ta’ Settembru 1227. L-aħbar tal-mewt tiegħu waslet għand Eliżabetta ftit wara li twieldet it-tarbija tagħha Gertrude. Hekk kif semgħet bil-mewt ta’ żewġha hija qalet: “La huwa miet, id-dinja u dak kollu li hemm sabiħ fiha issa miet għalija!”Ftit xhur wara wasal lura għandha l-katavru ta’ żewġha u hi laqgħetu bħala sagrifiċċju għal Alla u talbet hekk: “Mulej, nirringrazzjak talli fil-ħniena kbira tiegħek għaraft tikkunslani b’dan il-ġisem mejjet ta’ żewġi li jiena tant xtaqt li nerġa’ nara. Int taf kemm kienet kbira imħabbti lejh, u ma jiddispjaċinix bis-sagrifiċċju li għamilna meta nfridna bl-iskop nobbli li tinħeles l-Art Imqaddsa. Kieku nista’, lesta li nagħti d-dinja kollha għalih u mmorru nittalbu flimkien tul ħajjitna kollha. Għalhekk, nitolbok tkun xhud tiegħi x’ħin nistqarr li ma rridx nifdi ħajtu, anke jekk tiswa biss xahra waħda, jekk din tkun kontra l-volontà tiegħek. Issa mela, nirrakkomanda lili nnifsi u ’l ruħu fil-grazzja tiegħek. Tkun magħmula dejjem il-volontà tiegħek.”Eliżabetta kienet temmen li s-sagrifiċċji tagħna lil Alla għandna nagħmluhom minn jeddna u b’qalbna kollha. Kienet tgħid hekk: “Agħtu lil Mulej dak li għandkhom b’qalbkom kollha” u kienet ittenni dak il-kliem ta’ Ġob 1,21 “Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli; ikun imbierek isem il-Mulej.”Eliżabetta ma damitx wisq biex tgħaddi minn esperjenza kera ta’ bidla radikali fil-ħajja tagħha. Kif qalet sew Isetrude, li kienet xhud waqt il-proċess tal-kanonizzazzjoni: “Wara l-mewt ta’ żewġha, Eliżabetta sfat imkeċċija mill-kastell u ġiet imċaħħda minn kull ma kellha minn xi wħud mill-ħbieb ta’ żewġha”. Għalkemm ir-raġuni għal dan qatt ma saret magħrufa, wisq propabbli dik il-persekuzzjoni seħħet bħala tpattijja għal dak li Eliżabetta kienet għamlet meta qassmet ħafna mill-ikel li kien inġabar mill-uffiċjali ta’ żewġha mingħand il-bdiewa. B’dak l-għemil tagħha kienet qed takkużahom b’serq u korruzzjoni. Ta’ dan l-għaġir, in-nobbiltà kollha ta’ Thuringia kienet ikkritikatha ħafna. F’dak ilkumplott, wisq propabbli kien involut ukoll ħu żewġha li ħa l-poter f’idejh wara li miet Ludoviku.Ħafna mill-istoriċi ma qablux li Eliżabetta tkeċċiet b’mod fiżiku mill-kastell, xi wħud minnhom interpretaw il-fatt li telqet għax ħassitha moralment obligata tagħmel hekk għax mingħajr dħul mir-renti li kellu r-raġel tagħha, kienet tkun imġielha tiekol minn dak l-ikel projbit u allura għażlet li tħalli l-kastell. Meta telqet, qattgħet l-ewwel lejl f’kamra fejn kienu jaħżnu l-ikel tal-qżieqeż. Ħadd ma taha kenn għax beżgħu mill-uffiċjali li kellu żewġha. Fl-aħħar hija sabet dar fqira u kellha s-sofri l-privatezza, l-insulti, żuffjett u persekuzzjoni minn dawk ta’ l-istess klassi tagħha, iżda hi qatt ma waqgħet fi ħsibijiet ta’ tpattijja. Għalkemm kienet għaddejja minn perjodu ta’ inċertezza u biża’, hi dejjem afdat f’Alla.Darba fost l-oħrajn, waħda mara li kienet għamlet karita’ magħha, waqqgħetha fit-tajn, però Eliżabetta qamet tidħaq u farfret ħwejjiġha. Kien f’dan iż-żmien meta kellha viżjoni ta’ Kristu li deher qiegħed jistedinha biex timxi warajH. Hi wieġbet: “Mela Mulej, int trid li tkun miegħi u jien irrid li nkun miegħek u ma rrid qatt li ninfired minnek.”Kelma t’Alla (Mattew 26, 39)“Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.”Spiriwalità FranġiskanaTwissijiet Kap 15Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu ulied Alla. Iġibu tabilħaqq il-paċi dawk li, ibatu xi jbatu f’din id-dinja għall-imħabba tal-Mulej tagħna Gesu’ Kristu, jibqgħu jżommu l-paċi f’ruħhom u f’ġisimhom.RiflessjoniKienet l-esperjenza tas-sofferenza li ressqet lil Eliżabetta lejn Kristu u biex qasmet it-tbatijiet tiegħu. L-esperjenza personali tal-faqar wasslitha biex tifhem aktar il-poverta’ bħala mezz li tkun tiddipendi minn Alla u mill-proxxmu.X’inhi l-esperjenza tiegħi tat-tbatija?8. Jgħixu l-misteri tal-ħajja ta’ KristuRegola“Bħalma Ġesu’ kien il-veru aduratur tal-Missier, hekk għandhom jagħmlu mit-talb u mill-kontemplazzjoni l-qofol tal-ħajja u tal-ħidma tagħhom.Għandhom jieħdu sehem fil-ħajja sagramentali tal-Knisja, l-aktar l-Ewkaristija; jingħaqdu fit-talb liturġiku, f’xi waħda mill-għamliet li trid il-Knisja. B’hekk jgħixu l-misteri tal-ħajja ta’ Kristu.”Regola OFS Art. 8Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaĦajja ta’ penitenza u talb. Il-karita’ u l-isptar ġewwa MarburgSakemm kien għadu ħaj żewġha, Eliżabetta ħalfet li tippersevera f’dik l-għamla ta’ ħajja li kieku kellha tgħix aktar minnhu, iżda meta miet, hi rrinunzjat għal kollox. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-24 ta’ Marzu 1228, hi poġġiet idejha fuq l-altar tal-kappella tal-Franġiskani Minuri ġo Eisenach u rrinunzjat għar-rikkezzi tad-dinja, għar-rieda tagħha u għal dak kollu li l-Mulej Alla jridna nċedu fil-Vanġelu. Wara ftit xhur, hi libset libsa fqira u pprofessat bħala Penitenti f’Marburg u dan għamlitu fil-presenza tal-patrijiet Franġiskani. Iddamiġelli tagħha Guda u Isentrude, ipprofessaw magħha wkoll flimkien ma’ żewġ nisa’ fqar oħra. Huma l-ħamsa għexu ħajja ta’ penitenza flimkien.Il-Papa Girgor IX li kkanonizza lil Eliżabetta, kiteb hekk: “Hi libset il-libsa reliġjuża li ma fallitx minnha sa l-aħħar ta’ ħajjitha, biex tiċċelebra fiha nnifisha l-misteru tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu”.Eliżabetta kienet issa tista’ twettaq xewqitha li tgħix fil-faqar. Tant kienet tħobb il-faqar komplet li kienet stqarret mal-konfessur Franġiskan tagħha Fra Gerard, li xtaqet tgħix ħajjitha bħall-lebrużi, tiddependi biss mill-karità.Eliżabetta kienet devota għall-ħajja attiva ta’ karità u kompassjoni, iżda kienet ukoll devota għall-ħajja ta’ talb. Il-konfessur tagħha qal: “Minkejja dan ix-xogħol attiv kollu, nistqarr quddiem Alla, illi rari rajt mara kontemplattiva bħal din. Ġieli xi rġiel u nisa’ reliġjużi kienu spiss jarawha ġejja lura mit-talb sigriet tagħha b’wiċċha jixgħel, qisu minn għajnejha kienu ħerġin raġġi tax-xemx”.Wara li Eliżabetta rċeviet kumpens mill-ġid li kellu żewġha, hi użat dan biex bniet sptar għall-foqra f’Marburg u li ddedikatu lil San Franġisk ta’ Assisi. Il-Papa Girgor IX bgħatilha relikwija tad-demm mill-istigmata ta’ sider San Franġisk biex titpoġġa filkappella ta’ l-isptar u fejn ingħatat ukoll indulġenza. Hekk kif tlesta l-isptar, hi sabet ġurnata biex tqassam lill-foqra dak li kien baqalha u dan għamlitu fil-bitħa ta’ l-isptar stess. Kif qassmet kollox, qabbdet ħuġġieġa kbira u qassmet il-ħobż lin-nies foqra u ħadet ħsieb ukoll li taħsel saqajhom u tidlikhom biż-żejt. In-nies il-foqra, hekk kif ħassewhom aħjar, kemm fiżikament kif ukoll spiritwalment, bdew ikantaw. Eliżabetta qalet lill-ħbiebha: “Qed taraw, għidtilkom jien li hemm bżonn li nagħmlu n-nies kuntenti” u ferħet magħhom. Hi riedet tneħħi dawk il-barrieri soċjali li kienu jeżistu bejn is-sinjuri u l-foqra.Min hemm il-quddiem ingħatat kollha kemm hi għas-servizz tal-fqar. Kienet taħsel ilmorda u tpoġġihom fis-sodda, kienet timmedika l-feriti tagħhom u tlestilhom il-mediċini. Kienet tilgħab mat-tfal żgħar, inkluża waħda tifla żgħira li kienet lebbruża. Kienet ukoll tieħu ħsieb dawk in-nisa’ foqra tqal u t-tfal tagħhom. Kienet taqla’ xi ħaġa tal-flus għaliha u għal dawk li kienu jgħixu magħha billi kienet taħdem is-suf.Kellha libsa fqira, kollha rqajja u miżjuda fit-tul b’lewn ieħor. Kienet tgħid lil seħbitha Irmingard: “ll-ħajja tas-sorijiet fid-dinja hi l-aktar waħda disprezzata u li kieku kien hemm ħajja għar minn hekk, kont nagħżel lilha”. Kienet taf li s-sinjuri saru jiddisprezzawha, iżda ħassitha ferħana għax kienet qed isservi lill- foqra.Il-Kelma t’Alla (Luqa 9, 23-26)Darba Gesu’ qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbagħad jintilef jew jinqered? Għax jekk xi ħadd jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll jistħi minnu meta jiġi fil-glorja tiegħu u ta’ l-anġli mqaddsa.”Spiriwalità FranġiskanaTwissijiet Kap 14Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet. Huma ħafna dawk li jingħataw għat-talb u l-għemejjel tajba, jiċċaħħdu u jgħakksu wkoll lil ġisimhom; imma mbagħad, imqar għall-iċken kelma li jħossuha tweġġagħhom, jew jekk xi ħadd joħdilhom xi ħaġa, arahom malajr jitħawdu u jitlagħlhom bl-ikreħ. Dawn m’humiex foqra fl-ispirtu; għax min hu tabilħaqq fqir fl-ispirtu jobgħod lilu nnifsu, u jħobb lil dawk li jagħtuh bil-ħarta fuq wiċċu.RiflessjoniIl-veru sens ta’ ħajja penitenzjali huwa li wieħed jirrikorri lejn Alla. B’hekk niċħdu l-ħajja ta’ qabel, dik ta’ egoiżmu u mmutu biex ngħixu ħajja ġdida m’Alla. Eliżabetta qabdet din il-ħajja ta’ penitenza b’mod serju u fittxet li tmut kompletament biex tgħix għal Alla. Dan għamlitu filwaqt li baqgħet tgħix fid-dinja u mhux maqfula f’xi monasteru. Għalhekk ilħajja tad-dinja m’għandhiex toqtol il-ħajja ta’ talb. Fil-fatt, hu meħtieġ li nitolbu kontinwament biex inżommu r-relazzjoni tajba m’Alla u dan speċjalment meta nkunu ffaċċjati b’distrazzjonijiet tad-dinja. Eliżabetta turina li t-talb u l-kontemplazzjoni huma verament possibbli filwaqt li aħna nkunu għaddejjin bil-ħajja attiva tagħna.9. Ħabbara ta’ l-għola ferħRegola “Bħala dawk li jwasslu l-paċi u li għandhom quddiem għajnejhom li dil-paċi trid tibqa’ tinbena bla tieqaf, huma fid-dmir li jfittxu t-toroq ta’ l-għaqda u tal-ftehim fratern. Dan iseħħ permezz tad-djalogu, b’qalbhom qawwija li fil-bniedem hemm ix-xrara ta’ Alla u li l-imħabba u l-maħfra għandhom il-qawwa li jġeddu kollox.Bħala ħabbara ta’ l-għola ferħ, għandhom ifittxu, f’kull ċirkustanza tal-ħajja, li jwasslu ‘l-oħrajn il-ferħ u t-tama.Imberkin ma’ Kristu fil-Qawmien glorjuż tiegħu, li jagħti tifsira sħiħa lil Oħtna l-Mewt, iħarsu bis-sliem lejn l-aħħar jum meta jiltaqgħu mal-Missier.”Regola OFS Art. 19Santa Eliżabetta ta’ l-UngerijaIl-mard u l-mewt Matul l-aħħar tliet snin tal-ħajja tagħha, Eliżabetta kienet tkun marida spiss, però xorta waħda ma kienitx taqta’ qalbha u baqgħet għaddejja fis-servizz li kienet iddedikata fih. Anke meta kienet sfurzata biex tinxteħet fis-sodda, kienet tħejji s-suf għall-insiġ.Meta mardet, Eliżabetta indunat li kienet qed toqrob lejn il-mewt, avolja kellha biss 24 sena, b’dana kollu hi aċċettat din is-sitwazzjoni bħala l-volontà t’Alla li kien ħejja għaliha. Dawk ix-xhieda li kienu preżenti matul l-aħħar marda tagħha, stqarrew li “Eliżabetta baqgħet ferħana u assorbita fil-qiegħ ta’ qalbha fit-talb.” Meta xi kultant kien jinżel xi għasfur u jpoġġi fuq ħoġor ittieqa ta’ kamritha, hi kienet tibda tkanta għat-tisfir tiegħu.Hekk kif indunat li kienet waslet biex tmut, hi qalet lill-konfessur tagħha Korradu li riedet timmedita t-tmiem ta’ ħajjitha u l-ħaqq sever wara mewtha mill-Imħallef Omnipotenti għax riedet tkun lesta biex tagħti kont ta’ ħajjitha kollha. Hi mietet fis-17 ta’ Novembru tal-1231.Il-Kelma t’Alla (Mattew 25, 1-13)“Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbħuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloħ u ħamsa għaqlin, għax il-boloħ ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instema’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!’ Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda l-boloħ qalu lill-għaqlin, ‘Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.’ Qabżu l-għaqlin u qalu, ‘Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.’X’ħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, ‘Sinjur, Sinjur, iftħilna!’ iżda hu weġibhom u qal, ‘Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.’ Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.” Spiriwalità FranġiskanaL-aħħar rieda miktuba lil Santa KlaraJiena, ħukhom iċ-ċkejken Franġisku, irrid nimxi fuq il-ħajja u l-faqar ta’ l-Aktar Għoli il-Mulej tagħna Gesu’ Kristu, u ta’ l-Omm l-aktar qaddisa tiegħu, u nibqa’ miexi fiha sal-aħħar. U nitlob lilkom, sinjuri tiegħi, u nagħtikom ukoll dan il-parir: li tibqgħu tgħixu f’din il-ħajja l-aktar qaddisa u fil-faqar. U għassu sewwa fuqkom infuskom li, minħabba t-tagħlim u l-pariri ta’ xi ħadd, kien min kien, ma jiftlilkomx titbegħedu min dan l-idejal.Riflessjoni Eliżabetta tgħallimna kif għandna nħejju ruħna għall-mewt u dan mhux b’niket, imma b’ferħ għax nafu li nkunu sa ningħaqdu m’Alla. Matul l-erba’ u għoxrin sena ta’ ħajjitha, Eliżabetta rnexxielha twettaq ħafna aktar minn dawk li jgħixu tmenin sena jew aktar! Meta aħna nimitawha, huwa mportanti li nkunu lesti biex nagħtu kont ta’ ħajjitna lil Alla għax ma nafux meta sa nidhru quddiemu għall-ġudizzju u għaldaqstant għandna nkunu ppreparati biex isibna lesti.
TMIEM
Monday, May 5, 2008
Talba ghall-Kapitlu Generali
Ahna Nitolbuk tnebbah kull huna u ohtna ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular hekk kif qed inhejju ghall-Kapitlu Generali fl-Ungerija.
Ghati l-gherf mehtieg il-hutna li se jiehdu sehem fil-Kapitlu biex johorgu l-prioritajiet tal-Ordni ghas-sitt snin li gejjin u jahtru l-dawk li Int trid li jmexxuna u janimawna.
Mexxina u dderigina biex nimxu fuq l-Vangelu u r-Regola taghna aktar mill-qrib, ha nkunu haddiema Mieghek fil-bini mill-gdid tal-Knisja u d-Dinja.
Nitolbuk dan f’isem Kristu Sidna u bl-intercessjoni tal-Imbierka Vergni Maria, San Frangisk, Santa Kjara u l-qaddisin patruni taghna Santa Elizabetta u San Luigi
Amen.
Din it-talba mahruga mill-Presidenza Ciofs ghandha tinghad f'kull laqgha tal-Fraternitajiet taghna kollha skond direttivi mahruga mill-Presidenza Ciofs
Monday, December 3, 2007
Laqghat ta' Formazzjoni u Riflessjoni 2007 - 2008
Programm ta’ Formazzjoni 2007-2008 tal-Kunsill Nazzjonali - Ordni Frangiskan Sekular
Ferh Nisrani
“Gesu’ gie Nazaret fejn trabba. Dahal fis-sinagoga taghhom, kif kien imdorri jaghmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fethu u sab fejn kien hemm miktub dan li gej:
‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
Ghax hu kkonsagrani.
Baghatni nhabbar il-helsien lill-imjassrin,
Nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
U d-dawl mill-gdid lill-ghomja,
Nrodd il-helsien lill-mahqurin
U nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’
U beda jghidilhom: ‘Din il-kitba sehhet illum, intom u tisimghu.’”
Luqa 4, 16-19, 21
Kunsill Nazzjonali Ordni Frangiskan Sekular Malta
1. Il-Foqra fl-Ispirtu
“Henjin il-foqra fl-ispirtu,ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”
Matt 5, 3
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
L-istess kliem qaddis ta’ Kristu jixhed x’kien it-taghlim tieghu, u dawk li jixtiequ jaslu fl-hena ta’ dejjem fih jaraw liema hi t-triq li twassalhom ghalih. Henjin il-foqra fl-ispirtu, qal, ghax taghhom hi s-saltna tas-smewwiet.
Forsi ma kienx jidher car dwar liema foqra kien qed jitkellem Gesu’, il-Verita’ fih innifsu, kieku qal biss Henjin il-foqra u ma zied xejn biex juri dwar liema foqra kien qed jitkellem; xi hadd kien jista’ jahseb li, biex wiehed jikseb is-saltna tas-sema, kien ikun bizzejjed ghalih li jkollu dak il-faqar li fih jghixu dawk li huma neqsin minn kull ma jehtiegu.
Imma meta l-Mulej qal Henjin il-foqra fl-ispirtu, wera li s-saltna tas-smewwiet tinghata lil dawk li huma umli f’qalbhom, aktar milli ‘l dawk li huma neqsin mill-gid tad-dinja.
Luqa 1, 46-55
Mbaghad qalet Marija:
“Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej,
U l-ispirtu tieghi jifrah f’Alla s-Salvatur tieghi,
Ghax hu xehet ghajnejh fuq ic-cokon tal-qaddejja tieghu.
Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjahli hienja,
Ghax is-setghani ghamel mieghi hwejjeg kbar;
Qaddis hu l-isem tieghu.
Il-hniena tieghu tinfirex f’kull zmien
Fuq dawk li jibzghu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ drieghu,
Xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Nizzel is-setghana minn fuq it-tron taghhom,
U gholla c-ckejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-guh,
U l-ghonja baghathom ‘il barra b’xejn.
Ha hsieb Izrael qaddej tieghu,
Ghax ftakar fil-hniena tieghu,
Bhalma wieghed lil missirijietna,
B’risq Abraham u nislu ghal dejjem.”
Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8
Kienet ix-xitwa, u San Frangisk flimkien ma’ fra Leone kienu mexjin minn Perugia lejn Santa Marija ta’ l-Angli. Il-ksieh kien ixoqq il-ghadam, u t-tnejn kienu mahqura bih. San Frangisk sejjah lil fra Leone, li kien miexi ftit ‘il quddiem, u qallu hekk: “Fra Leone, ukoll kieku l-Ahwa z-Zghar tad-dinja kollha kellhom jaghtu ezempju kbir ta’ qdusija, u jkunu ta’ edifikazzjoni: b’dana kollu, ikteb u innota tajjeb li l-ferh perfett ma jinstabx f’dan.”
Komplew mexjin ftit ‘il quddiem, u San Frangisk sejjahlu ghat-tieni darba: “O fra Leone, li kieku xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jaghti d-dawl lit-torox u l-mixi liz-zopop, il-kelma lill-muti u, haga aktar ta’ l-ghageb, iqajjem ghall-hajja mejtin li jkun ilhom erbat ijiem fil-qabar; ikteb li, l-ferh perfett ma jinstabx f’dan.”
Wara ftit passi ohra, San Frangisk ghajjat aktar bil-qawwi: “O fra Leone, li kieku xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jkun jaf l-ilsna kollha, u jkun jaf ix-xjenzi kollha u l-Kotba Mqaddsa, hekk li jkun kapaci jaghmilha ta’ profeta u jaghti taghrif car mhux biss dwar dak li ghandu jigri fil-gejjieni, imma wkoll jaqra fil-kuxjenza u l-imhuh tal-bnedmin: ikteb li lanqas f’dan ma jinstab il-ferh perfett.”
Twissijiet Kap 14 San Frangisk ta’ Assisi
Henjin il-foqra fl-ispirtu, ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet. Huma hafna dawk li jinghataw ghat-talb u l-ghemejjel tajba, jiccahhdu u jghakksu wkoll lil gisimhom; imma mbaghad, imqar ghall-icken kelma li jhossuha tweggaghhom, jew jekk xi hadd johdilhom xi haga, arahom malajr jithawdu u jitlaghlhom bl-ikreh. Dawn m’humiex foqra fl-ispirtu; ghax min hu tabilhaqq fqir fl-ispirtu jobghod lilu nnifsu, u jhobb lil dawk li jaghtuh bil-harta fuq wiccu.
Nirrifletti ….
Ghaliex nista’ nkun hieni anki fil-problemi u t-tbatija?
------------------------------------ 0 ---------------------------------------
2. Henjin l-Imnikkta
“Henjin l-imnikkta, ghax huma jkunu mfarrga.”
Matt 5, 4
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
Wara li habbar il-faqar hieni, il-Mulej zied jghid: Henjin l-imnikkta, ghax huma jkunu mfarrga. In-niket li ghalih hu mwieghed il-farag tas-sema, gheziez tieghi, ma ghandu xejn x’jaqsam man-niket ta’ din id-dinja, u t-tnehid kollu li jitniehdu l-bnedmin kollha tad-dinja m’hux se jaghmel lil xi hadd hieni. In-niket tal-qaddisin m’hux bhal dan, it-tnehid taghhom jigi minn haga ohra.
In-niket tal-qaddisin gej mit-tnehid ghad dnubiet taghhom jew ta’ l-ohrajn, u l-qaddisin ma jitnikktux ghaliex Alla jikkastiga l-midneb bil-gustizzja skond il-haqq u s-sewwa, imma jisghob bihom ghax il-bnedmin jaghmlu l-hazen; huma jhossu li ghandhom jitnikktu aktar ghal min jaghmel id-deni milli ghal min igarrab id-deni, ghaliex il-hazen li jaghmlu l-hziena iwassalhom ghall-kastig, waqt li s-sabar li juru t-tajbin iwassalhom ghall-glorja.
Luqa 15, 1-10
Il-publikani u l-midinbin kienu jersqu bi hgarhom biex jisimghuh. U kemm il-farizej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jghidu: “Nies midinba jilqa’ ghandu dan u jiekol maghhom!”
U Gesu’ qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt naghga u jitlef wahda minnhom, u ma jhallix id-disgha u disghin l-ohra fid-dezert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha jifrah biha u jerfaghha fuq spallejh, imur id-dar, issejjah ghandu lil hbiebu u l-girien u jghidilhom: ‘Ifirhu mieghi, ghax sibt in-naghga li kienet intilfitli.’ Nghidilkom li l-istess jigri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferh ghal midneb wiehed li jindem milli ghal disgha u disghin bniedem tajjeb li ma kellux bzonn ta’ ndiema.
Jew min hi dik il-mara li jkollha ghaxar drakmiet u titlef wahda minnhom, li mhijiex sejra tixghel il-musbieh u tiknes id-dar, u tibqa’ tfittex bil-ghaqal sa ma ssibha! U meta ssibha, issejjah ghandha lil hbiebha u l-girien, u tghidilhom, ‘Ifirhu mieghi, ghax sibt id-drakma li kienet intilfitli.’ Nghidilkom jien li l-istess ferh ikun hemm fost l-angli ta’ Alla ghal midneb wiehed li jindem.”
Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8
Imxew ftit iehor, u San Frangisk sejjah mill-gdid b’lehen aktar qawwi: “O fra Leone, harufa ckejkna ta’ Alla, imqar li xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jitkellem b’lehen ta’ anglu, u jkun jaf il-mixja tal-kwiekeb u l-qawwa medicinali tal-hxejjex, u jikseb taghrif dwar it-tezori kollha ta’ l-art, u jkun jaf il-kwalitajiet ta’ l-ghasafar u tal-hut u ta’ l-annimali kollha u tal-gebel u ta’ l-ilmijiet: ikteb li mhux f’dan kollu jinsab il-ferh perfett.”
Terga’, wara ftit, San Frangisk sejjah b’ghajta qawwija: “U fra Leone, li xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jkun jaf jippriedka tant tajjeb, hekk li jdawwar ghall-fidi ta’ Kristu lil dawk kollha li m’ghandhomx fidi fih: ikteb li, lanqas f’dan ma hemm il-ferh perfett.”
Twissijiet Kap 11 San Frangisk ta’ Assisi
Xejn hlief id-dnub ma ghandu jnikket lill-qaddej ta’ Alla. U jekk ikun hemm xi persuna li tkun dinbet, kien liema kien id-dnub taghha, minhabba f’hekk il-qaddej ta’ Alla la ghandu jithawwad u lanqas jitlaghlu, hlief jekk dan jaghmlu mqanqal mill-imhabba, ghax inkella jkun qed jigma’ ghalih innifsu l-htija. Dak il-qaddej ta’ Alla li xejn ma jgeghelu jaghdab jew jithawwad, ighix hajja tassew tajba u bla ma ghandu xejn li hu tieghu. U hieni hu dak li ma jzomm xejn ghalih innifsu, imma jaghti lil Cesari dak li hu ta’ Cesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.
Nirrifletti ….
Inhoss nieket ghal dak li jaghmel il-hazin, b’tama li jerga’ lura fit-triq it-tajba, jew izjed facli ghalija li niggudikah?
----------------------------------- 0 --------------------------------------------
3. Henjin ta’ qalbhom helwa
“Henjin ta’ qalbhom helwa, ghax huma jkollhom b’wirthom l-art.”
Matt. 5, 5
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
Mbaghad il-Mulej jghid: Henjin ta’ qalbhom helwa, ghax huma jkollhom b’wirthom l-art. Lil dawk ta’ qalbhom helwa, lill-kwieti, lill-umli u lill-irzina f’imgibithom, u ‘l dawk kollha li huma dejjem imhejjija biex jistabru b’kull deni, il-Mulej iweghedhom li jkollhom l-art b’wirt. Wirt bhal dan wiehed ma ghandux iqisu li jiswa ftit jew xejn, qisu ma ghandu x’jaqsam xejn mas-saltna tas-smewwiet; wiehed jifhem li biss dawk ta’ qalbhom helwa jidhlu fis-saltna tas-smewwiet.
L-art imwieghda lil dawk ta’ qalbhom helwa, li tinghata b’wirt lill-umli, hi l-gisem tal-qaddisin mibdul fil-qawmien ta’ l-imwiet u mzejjen bis-sebh ta’ l-immortalita’, minhabba l-umilta’ hienja taghhom: issa l-gisem ma jkunx aktar kontra l-ispirtu u jkun jaqbel ghal kollox mar-rieda tar-ruh; il-bniedem ta’ gewwa jkollu taht is-setgha tieghu l-bniedem ta’ barra bla ebda tahbit u tfixkil.
Dawk ta’ qalbhom tajba jkollhom sliem ghal dejjem, u xejn ma jkun jonqoshom minn drittijiethom, meta dan il-gisem li jithassar jilbes in-nuqqas ta’ tahsir u dan il-gisem li jmut jilbes l-immortalita’, u dak kollu li kien jhedded lir-ruh isir premju ghaliha, u dak li kien ta’ piz isirilha ta’ gieh.
Mattew 18, 1-5
Resqu d-dixxipli lejn Gesu’ u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwit?” Hu sejjah lejh tfajjel ckejken, qieghdu f’nofshom u qalilhom: “Tassew nghidilkom, li jekk intom ma tergghux issiru bhat-tfal iz-zghar, zgur li ma tidhlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U ghalhekk l-ikbar wiehed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jcekken lilu nnifsu bhal dan it-tfajjel zghir. U kull min jilqa’ tfajjel bhal dan minhabba f’ismi, ikun jilqa’ lili.
Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8
Sadanittant lahqu mxew zewg mili, jitkellmu l-hin kollu b’dan il-mod, u fra Leone, mghaggeb ghall-ahhar, staqsieh u qallu: “Missier, nitolbok f’gieh Alla, li tghidli fejn jinsab il-ferh perfett.”
U San Frangisk tah din it-twegiba: “Meta naslu Santa Marija ta’ l-Angli, imxarrbin ghasra bix-xita u ngazzati bil-kesha u kollna tajn u hama, u mejtin bil-guh, immorru u nhabbtu fuq il-bieb tal-post, u l-purtinar kollu rabja jigi u jghidilna: ‘Min intom?’ U ahna nghidulu: ‘Ahna tnejn minn hutkom’; u hu jghidilna: ‘M’intomx tghidu l-verita’; intom zewg brikkuni li dduru u tingannaw id-dinja, u tisirqu l-karita’ li jaqilghu l-foqra; itilqu minn hawn.’
U jibqa’ ma jifthilniex, u jhallina barra ghall-borra u l-ilma, u jkollna nghaddu l-lejl fil-kesha u bil-guh. Imbaghad, kemm-il darba ahna jirnexxielna nsofru bis-sabar dawn l-offizi u dik il-mohqrija u l-imgieba hazina maghna, minghajr ma nithawdu u minghajr ma noqoghdu nilmintaw kontrih, u nahsbu bl-umilta’ kollha li dak il-purtinar lilna gharafna sewwa min ahna, u li kien Alla li gieghlu jitkellem kontra taghna: o fra Leone, ikteb li hawn jinsab il-ferh perfett.
U li kellna nibqghu inhabbtu, u hu johrog barra kollu mhawwad, u jkeccina bi kliem iebes u daqqiet ta’ harta bhallikieku konna xi nies li ma ahna tajbin ghalxejn hlief biex indejjqu ‘l haddiehor, u jghidilna: ‘Itilquli minn hawn, hallelin mill-aghar, morru sibu kenn fil-lazzarett, ghax hawn la se tieklu, u lanqas torqdu.’ Li kellna nsofru dan kollu bis-sabar u bil-ferh u nibqghu bit-tbissima: o fra Leone, ikteb li hawn jinsab il-ferh perfett.”
Twissijiet Kap 19,1 San Frangisk ta’ Assisi
Hieni l-qaddej li ma jzommx lilu nnifsu ahjar meta n-nies ifahhruh u jgholluh, milli meta jzommuh bhala wiehed li ma jiswa ghal xejn, hafif minn mohhu u ta’ min imaqdru; ghax il-bniedem jiswa daqskemm jiswa quddiem Alla, u mhux aktar.
Nirrifletti ….
Xi jrid jghid Gesu’ meta jghidilna biex insiru bhat-tfal iz-zghar?
4. Henjin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja
“Henjin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja, ghax huma jkunu mxebbghin.”
Matt 5, 6
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
Il-Mulej jghid: Henjin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja ghax huma jkunu mxebbghin. Dan m’hux guh tal-gisem, m’hux ghatx ta’ l-art, imma hu xewqa li wiehed jixba’ bil-gid li jigi mill-gustizzja, hu tama li wiehed jimtela bil-Mulej billi jaghraf x’inhuma l-hwejjeg kollha mistura.
Hienja r-ruh li tixtieq dan l-ikel, li tixxennaq ghal xorb bhal dan, ikel u xorb li qatt ma kienet tixtiequ kieku qatt ma daqet il-benna tieghu. Ir-ruh meta semghet kliem il-profeta jghidilha: Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej, hadet sehem mill-hlewwa tas-sema u xeghlet b’imhabba ghal din il-benna tas-sema, hekk li warrbet fil-genb kull haga tad-dinja, u mtliet b’xewqa kbira li tiekol u tixrob biss il-gustizzja, ha tifhem sewwa l-verita’ shiha ta’ l-ewwel kmandament, li jghid: Hobb il-Mulej Alla b’qalbek kollha, b’ruhek kollha u b’sahhtek kollha, ghaliex thobb ‘l Alla m’hux hag’ohra hlief li thobb il-gustizzja.
Luqa 16, 19-31
“Mela kien hemm ragel ghani, jilbes il-porpra u ghazel mill-ifjen; l-hena tieghu kien li jaghmel ikla mill-ahjar. U wiehed fqir jismu Lazzru, li kellu gismu gerha wahda, kien imur jinxtehet hdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-ghani. Sa l-klieb kienu jmorru jilaghqu l-griehi tieghu.
Gara li l-fqir miet, u l-angli haduh fi hdan Abraham. Imbaghad miet ukoll l-ghani, u difnuh. Dan, kif sab ruhu fi tbatijiet horox f’Art l-Imwiet, rafa’ harstu, u mill-boghod lemah lil Abrahan, b’Lazzru fi hdanu. U gholla lehnu u qallu, ‘Missier Abraham, ikollok hniena minni u ibghat lil Lazzru jbil tarf sebghu fl-ilma ha jtaffili n-nixfa li ghandi fi lsieni, ghax qieghed ninhaqar wisq f’dan in-nar.’
‘Ibni,’ qallu Abraham, ‘ftakar li t-tajjeb tieghek ircevejtu f’hajtek; hekk ukoll Lazzru, il-hazin ircevieh f’hajtu. Imma issa hu hawnhekk qieghed jitfarrag, waqt li inti qieghed tbati. Barra minn dan, hemm vojt bla qies bejnkom u bejnna, biex min ikun irid jaqsam minn hawn ghal ghandkom ma jkunx jista’, u anqas ma jghaddu minn hemm ghal ghandna.’
Qallu l-ghani, ‘Mela nitolbok, missier, ibghatu f’dar missieri, ghax ghandi hames ahwa, halli jaghmlilhom twissija kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jigu f’dan il-post ta’ tbatijiet horox!’ Qallu Abraham, ‘Ghandhom lil Mose’ u l-Profeti; jisimghu lilhom.’ ‘Le, missier Abraham,’ qallu dak, ‘imma jekk imur ghandhom xi hadd mill-imwiet, jindmu.’ Izda wiegbu Abraham, ‘Jekk ma jisimghux lil Mose’ u l-Profeti, anqas jekk iqum xi hadd mill-imwiet ma jemmnu.’”
Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8
“U li kieku ahna, ghax mifnijin mill-guh u mill-kesha u mill-biza’ tal-lejl li diehel gmielu, kellna nergghu nhabbtu mill-gdid u nghajtulu, u nitolbuh ghall-imhabba ta’ Alla, bid-dmugh igelben minn ghajnejna, biex jifthilna u tal-anqas idahhalna gewwa, u dak aktar imghaddab u mfixkel minn qabel ighid: ‘Dawn huma nies li dejquni u m’huma tajbin ghal xejn, u jien se nhallashom kif haqqhom.’
U johrog barra b’bastun bil-ponot, u jaqbadna mill-kapocc u jitfaghna ma’ l-art, u jkebbibna qalb il-borra u jibda jsawwatna bil-ponot ta’ dak il-bastun: li kellna nsofru dan kollu bis-sabar u bil-ferh, u noqghodu nahsbu fuq it-tbatijiet li ghadda minnhom Kristu l-imbierek, u fuq li ahna ghandna nsofru ghall-imhabba tieghu: o fra Leone, ikteb li hawn u f’dan jinsab il-ferh perfett.”
Twissijiet Kap 6 San Frangisk ta’ Assisi
Huti, ejjew ilkoll kemm ahna nsammru l-harsa taghna fuq ir-Raghaj it-tajjeb li sofra l-Passjoni fuq is-salib biex isalva lin-nghag tieghu! In-nghag tal-Mulej imxew warajh fit-tahbit u l-persekuzzjoni, fil-misthija u l-guh, fil-mard u fit-tigrib, u f’kull prova ohra; u ta’ dan kollu hadu bhala premju minghand il-Mulej il-hajja ta’ dejjem. Ghalhekk, hu ghajb kbir ghalina, qaddejja ta’ Alla, li, waqt li kienu l-qaddisin li ghamlu l-ghemejjel tajba, ahna rridu niehdu l-glorja u l-gieh semplicement ghax noqoghdu nsemmu dak li ghamlu huma!
Nirrifletti ….
Kif nista’ nkun jien ukoll bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja?
------------------------------------ 0 ---------------------------------------
5. Hienja dawk li jhennu
“Hienja dawk li jhennu, ghax huma jsibu hniena.”
Matt 5, 7
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
Mbaghad kif ma’ l-imhabba ta’ Alla hemm marbuta l-imhabba tal-proxxmu, hekk max-xewqa tal-gustizzja hemm marbuta l-hniena, u ghalhekk il-Mulej qal: Henjin dawk li jhennu, ghax isibu hniena.
Aghraf, o nisrani, x’dinjita’ ghandu gherfek, ara ghal liema stharrig int mistieden, ifhem ghal liema premju int imsejjah. Il-hniena tridek tkun hanin, u l-gustizzja gust, biex il-Hallieq jara x-xhieda tieghu f’dak li halaq, u x-xbieha ta’ Alla tiddi bhal f’mera fil-qalb tal-bniedem, fil-linji kolha taghha. Shiha hi l-fidi ta’ min jaghmel it-tajjeb, isehhu xewqatek u tikseb ghal dejjem dak li thobb.
Luqa 10, 25-37
Mela jqum wiehed gharef fil-Ligi u, biex igarrbu, staqsieh: “Mghallem, x’naghmel biex niret il-hajja ta’ dejjem?” Qallu Gesu’: “Fil-Ligi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wiegeb: “Int ghandek thobb il-Mulej, Alla tieghek, b’qalbek kollha, u b’ruhek kollha, bil-qawwa tieghek kollha, u b’mohhok kollu, u lill-proxxmu tieghek bhalek innifsek.” “Sewwa wegibt,” qallu Gesu’, “aghmel hekk u tghix.” Izda dak, biex juri li kellu ragun, qal lil Gesu’: “U l-proxxmu tieghi min hu?”
U Gesu’ raga’ qabad jghidlu: “Wiehed ragel kien niezel Geriko minn Gerusalemm, u waqa’ f’idejn il-hallelin; dawn nezzghuh, biccruh bis-swat u telqu, u hallewh nofsu mejjet. Inzerta kien niezel qassis minn dik it-triq u rah, ghadda minn mal-genb u baqa’ sejjer. Hekk ukoll wiehed levita, meta wasal hemm u rah, ghadda minn mal-genb u baqa’ sejjer.
Imma kien ghaddej minn hemm wiehed Samaritan, wasal hdejh, rah u thassru. Resaq lejh, dewwielu l-griehi biz-zejt u l-inbid u rabathomlu, u mbaghad tellghu fuq il-bhima tieghu, wasslu f’lukanda u ha hsiebu. L-ghada hareg bicctejn flus, tahom lil tal-lukanda u qallu, ‘Hu hsiebu; jekk tonfoq xi haga izjed, inroddielek jien meta nerga’ nghaddi.’
Minn dawn it-tlieta, int min jidhirlek li gieb ruhu ta’ proxxmu ma’ dak li waqa’ f’idejn il-hallelin?” “Min henn ghalih,” wiegbu dak. “Mur,” qallu Gesu’, “u aghmel hekk int ukoll.”
Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8
“Izda isma’ l-konkluzjoni ta’ kollox, fra Leone. Fuq il-grazzji u d-doni kollha ta’ l-Ispirtu s-Santu li Kristu jaghti lill-hbieb tieghu hemm ir-rebha fuqna nfusna u li ghall-imhabba ta’ Kristu ngarrbu t-tbatijiet, l-ingurji, l-umiljazzjonijiet u d-dwejjaq.
Ghax fid-doni l-ohra ta’ Alla kollha kemm huma, ahna ma nistghux niftahru, ghax mhumiex taghna, imma ta’ Alla, u ghalhekk l-appostlu jghid: X’ghandek li ma nghatalekx? U jekk inghatalek, il-ghala tiftahar bhallikieku ma nghatalek xejn? (1 Kor 4,7). Imma fis-salib tat-tigrib u tan-niket nistghu niftahru, ghax l-appostlu jghid: Nghid ghalija ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Gesu’ Kristu (Gal 6,14).”
Ghat-tifhir ta’ Gesu’ Kristu u tal-fqajjar Frangisku. Amen.
Twissijiet Kap 18 San Frangisk ta’ Assisi
Hieni l-bniedem li jistabar bil-proxxmu tieghu minhabba d-dghufija tieghu, bhalma jixtieq li l-proxxmu tieghu jistabar bih fl-istess cirkustanzi. Hieni l-qaddej li jaghraf irodd lura lill-Mulej Alla dak kollu li hu tieghu, ghax jekk xi hadd izomm ghalih innifsu xi haga, ma jkunx ghajr qed jahbi l-flus tal-Mulej Alla tieghu, u jittehidlu dak li sthajjel li ghandu.
Nirrifletti ….
Qed inkun xbieha u xhieda ta’ Alla fil-mod li ngib ruhi ma’ l-ohrajn?
---------------------------------------- 0 --------------------------------------------
6. Henjin dawk li huma safja f’qalbhom
“Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw ‘l Alla.”
Matt 5, 8
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
Bil-karita’ li taghti kollox ikunlek safi, ghalhekk malajr tghaddi ghall-hena l-iehor li jwieghed il-Mulej meta jghid: Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw ‘l Alla. Hena kbir tassew, gheziez, jekk hemm premju bhal dan imhejji ghalih. X’inhu tkun safi f’qalbek, jekk m’hux thabrek biex ikollok il-kwalitajiet tajba li ghadna kemm semmejna? Liema mohh jista’ jifhem, liema lsien jista’ jfisser x’hena hu li tara ‘l Alla?
U dan ghad isehh meta n-natura taghna tinbidel u ahna ma narawx aktar bhallikieku f’mera, imcajpar, imma wicc imbwicc, naraw l-istess Alla, li ebda bniedem ma jista’ jarah; bil-ferh bla qjies tad-dehra ta’ Alla ghal dejjem niksbu dak li ghajn qatt ma rat u widna qatt ma semghet, dak li qatt ma tnissel f’qalb il-bniedem.
Bir-ragun kollu l-Mulej wieghed id-dehra ta’ Alla lil dawk li huma safja f’qalbhom. L-ghajn imniggsa ma tistax tara d-dija tad-dawl veru, u dak li jghaxxaq l-ghajn safja hu ta’ hsara ghall-ghajn imniggsa. Ha nitbieghdu mela mid-dlamijiet tal-frugha tad-dinja u nsaffu l-ghajnejn ta’ ruhna minn kull tidnis tal-hazen, biex il-harsa safja ta’ ruhna titpaxxa bid-dehra ta’ Alla.
Mattew 25, 31-40
“Meta jigi Bin il-bniedem fil-glorja tieghu u bl-angli kollha mieghu, mbaghad joqghod fuq it-tron glorjuz tieghu. U quddiemu jingabru l-gnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bhalma r-raghaj jifred in-naghag mill-moghoz: in-nghag iqeghedhom fuq il-lemin tieghu u l-moghoz fuq ix-xellug.
Mbaghad is-Sultan jghid lil dawk ta’ fuq il-lemin tieghu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, hudu b’wirt taghkom is-Saltna li thejjiet ghalikom sa mill-holqien tad-dinja. Ghax jien kont bil-guh u tmajtuni, kont bil-ghatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont gheri u libbistuni, kont marid u gejtu tarawni, kont fil-habs u gejtu zzuruni.’
Mbaghad iwegbuh il-gusti, ‘Mulej’, jghidulu, ‘meta rajnik bil-guh u tmajnik, jew bil-ghatx u sqejnik? Meta rajnik barrani u lqajnik, jew gheri u libbisnik? Meta rajnik marid jew fil-habz u gejjna nzuruk?’
U s-Sultan iwegibhom u jghid, ‘Tassew, nghidilkom, kull ma ghamiltu ma’ wiehed mill-izghar fost dawn huti, ghamiltuh mieghi.’”
Fjuretti Kapitlu 19
Darba, meta San Frangisk kien marid sew f’ghajnejh, is-sinjur Ugolino, il-kardinal protettur ta’ l-Ordni, li kien igibu u jhobbu hafna, kitiblu biex jghidlu jmur ghandu Rieti, ghax hemm kien hemm tobba ta’ l-ghajnejn mill-ahjar. Meta San Frangisk ha l-ittra tal-kardinal mar l-ewwel San Damjan, fejn kien hemm Klara, l-gharusa l-aktar qaddisa ta’ Kristu; qabel imur ghand il-kardinal ried l-ewwel ifarrag lilha.
Waqt li San Frangisk kien hemm, il-lejl ta’ wara, l-qaghda ta’ ghajnejh marret tant ghall-aghar, hekk li lanqas seta’ jara d-dawl. Billi ma setax jitlaq minn hemm, Santa Klara ghamlitlu bhal kamra zghira tal-qasab biex fiha jkun jista’ jistrieh ahjar. Imma San Frangisk, bejn minhabba l-ugigh tal-mard u bejn minhabba l-qtajja kbar ta’ grieden li bdew idejquh hafna, b’ebda mod ma seta’ jsib mistrieh, la bi nhar u lanqas bil-lejl. Dam isofri hafna dak l-ugigh u t-tigrib, hekk li beda jahseb u jikkonvinci ruhu li kien kastig ghal dnubietu mibghut minn Alla; beda ghalhekk irodd hajr lil Alla bil-qalb kollha u bil-fomm ukoll.
Twissijiet Kap 16 San Frangisk ta’ Assisi
Hienja dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw lil Alla. Huma tassew safja f’qalbhom dawk li jmaqdru l-hwejjeg tad-dinja u jfittxu dawk tas-sema, u qatt ma jieqfu jaduraw u jikkontemplaw ‘l Mulej Alla, haj u veru, b’qalb nadifa u ruh safja.
Nirrifletti ….
X’inhi l-attitudni tieghi lejn Alla fi zmien ta’ tbatija? Attitudni ta’ qtiegh il-qalb, ta’ rabbja, ta’ disperazzjoni, ta’ tifhir u ringrazzjament?
-------------------------------------- 0 ---------------------------------------------
7. Henjin dawk li jgibu l-paci
“Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejhu wlied Alla.”
Matt 5, 9
Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni
Biex niksbu dan, jidhirli, il-Mulej jghidilna: Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejjhu wlied Alla. Dan l-hena, gheziez tieghi, ma jinghatax ghal kull sura ta’ qbil jew ghal kull xorta ta’ ftehim, izda biss ghal dak li fuqu jitkellem l-Appostlu meta jghid: Ghandna s-sliem ma’ Alla, u li fuqu l-profeta jghid: Sliem bil-kotra ghal min ihobb il-ligi tieghek, ma hemm ebda tfixkil ghalihom.
Sliem bhal dan ma jgawduhx la zewgt ihbieb marbutin bejniethom b’rabta li ma bhalha ta’ mhabba u lanqas isibuh dawk li jaqblu bejniethom b’mod tassew ta’ l-ghageb fil-fehmiet kollha taghhom, jekk ma ghandhomx rabta shiha mar-rieda ta’ Alla. Huma tassew ‘il boghod mill-hena ta’ dan is-sliem kemm il-qbil fix-xewqat hziena, kemm il-pattijiet ha jsiru xi hwejjeg ta’ ghajb, u kemm il-ftehim ghal xi haga hazina.
Dawk kollha li huma dejjem ma’ Alla fi hsibijiethom u jhabirku biex izommu spirtu wiehed bir-rabta tas-sliem, qatt ma huma sejrin isibu ruhhom f’qaghda kontra l-ligi ta’ Alla, ghax huma bla heda jghidu: Ikun dak li trid int kif fis-sema hekkda fl-art.
Dawn huma dawk li jgibu l-paci: huma fehma wahda bejniethom, jaqblu f’kollox fis-sewwa, u ghalhekk jibqghu jissejjhu ghal dejjem ulied Alla u werrieta ma’ Kristu.
Mattew 5, 13-16
“Intom il-melh ta’ l-art. Imma jekk il-melh jaqta’, biex jerga’ jiehu t-toghma? Ma jibqa’ tajjeb ghal xejn izjed hlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.
Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qieghda fuq muntanja ma tistax tinheba. Anqas ma jixeghlu l-musbieh u jqeghduh taht il-modd, izda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk ghandu jiddi d-dawl taghkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-ghemejjel tajba taghkom u jaghtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.”
Fjuretti Kapitlu 19
Imbaghad San Frangisk ghajjat b’lehen gholi u qal: “Mulej Alla tieghi: jien jisthoqqli dan kollu u hafna aghar minn hekk ukoll. Mulej tieghi Gesu’ Kristu, raghaj tajjeb, li wrejt il-hniena tieghek maghna midinbin f’hafna ugigh u tbatijiet tal-gisem: aghti lili, harufa ckejkna tieghek, il-grazzja u l-qawwa biex ebda mard jew ugigh jew sofferenza ma jifirduni qatt minnek.”
Meta temm ighid din it-talba, sema’ lehen mis-sema jghidlu: “Frangisku, wegibni. Li kieku l-art kollha kienet tad-deheb, u l-ibhra kollha, u l-ghejun u x-xmajjar kienu balzmu, u l-muntanji u l-gholjiet u l-gebel kienu kollha hagar prezzjuz, u sadanittant int kellek issib tezor aqwa minn dawn il-hwejjeg kollha, bhalma d-deheb hu aqwa mit-trab ta’ l-art, u l-balzmu aqwa mill-ilma, u l-hagar prezzjuz aqwa mill-muntanji u l-gebel, u kellu jkun moghti lilek bhala hlas ghal din il-mards tieghek dak it-tezor aqwa, ma kienx imissek tkun iktar hieni u tassew ferhan?”
Wiegeb San Frangisk: “Sinjur, jiena ma jisthoqqlix tezor bhal dan.” U l-lehen ta’ Alla qallu: “Ifrah, Frangisku, ghax dak it-tezor hu l-hajja ta’ dejjem, li jien qed inzomm ghalik, u sa minn issa stess naghnik biha; u din il-marda u dan l-ugigh huma rahan ta’ dak it-tezor hieni.”
Twissijiet Kap 15 San Frangisk ta’ Assisi
Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejjhu ulied Alla. Igibu tabilhaqq il-paci dawk li, ibatu xi jbatu f’din id-dinja ghall-imhabba tal-Mulej taghna Gesu’ Kristu, jibqghu jzommu l-paci f’ruhhom u f’gisimhom.
Nirrifletti ….
It-talba tieghi hi wkoll Ikun li trid Int ?
-------------------------------------- 0 -----------------------------------------------
8. Henjin dawk li huma ppersegwitati
“Henjin dawk li huma ppersegwitati minhabba s-sewwa, ghax taghhom hija Saltna tas-Smewwiet.”
Matt 5, 10
San Bruno, sacerdot
Wiehed ikollu ghal qalbu li jasal ghall-hena ta’ dejjem, meta jkun ghadu ghaddej minn wied niexef, jigifieri meta ghadu jghix f’din id-dinja, fejn il-hajja hi tassew imsejkna u mimlija dmugh u niket jekk tqabbilha mal-hajja l-ohra li ghad trid tigi; meta wiehed iqabbel il-hajja ta’ dejjem ma’ din il-hajja fid-dinja ghandu jqisha mill-ewwel li hi tassew xi haga gholja u kollha hena.
Ghax is-salmista qal: Henjin dawk li jsibu fik il-qawwa taghhom, wiehed jista’ jistaqsi: F’haga bhal din, Alla jaghti l-ghajnuna? Ghal din il-mistoqsija nwiegbu: Iva, Alla jaghti l-ghajnuna tieghu lill-henjin; ghaliex min ghamel il-ligi, jigifieri Kristu li tana l-ligi tieghu, jaghti u jibqa’ jaghti bla heda l-barkiet tieghu, jigifieri kotra bla qjies ta’ grazzji, li bihom ibierek lil dawk li huma tieghu.
Hu jwassalhom ghall-hena ta’ dejjem, u permezz ta’ dawn il-barkiet dejjem jimxu aktar ‘il quddiem sa ma jaslu biex fil-gejjieni jaraw f’Sijon tas-sema lil Kristu, Alla ta’ l-allat, jaraw lil dak li, ghax Alla, jaghmel allat lil dawk li huma tieghu.
Mattew 10, 16-20, 22, 24-25
“Ara, jien qieghed nibghatkom bhal naghag qalb l-ilpup. Kunu mela ghaqlin bhas-sriep u safjin bhall-hamiem. Oqoghdu attenti mill-bnedmin! Ghax ghad jerhukom f’idejn il-qrati, jaghtukom is-swat fis-sinagogi taghhom, itellughukom quddiem gvernaturi u slaten minhabba fija, biex taghtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.
Izda meta jerhukom f’idejhom tinkwetawx ruhkom kif se titkellmu jew x’se tghidu, ghax dak il-hin stess jinghatalkom xi jkollkom tghidu. Ghax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qieghed jitkellem permezz taghkom. U lilkom kulhadd isir jobghodkom minhabba f’ismi. Imma min jibqa’ jzomm shih sa l-ahhar, dan isalva.
Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imghallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Bizzejjed ghad-dixxiplu jekk johrog jixbah lill-imghallem tieghu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Beghelzebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru!”
Fjuretti Kapitlu 24
San Frangisk baghat lil dawk l-ahwa li kien ghazel biex tnejn tnejn, imorru jxandru l-fidi ta’ Kristu f’hafna inhawi fejn kienu ighixu s-Seracini. Hu wkoll, flimkien ma’ wiehed minn shabu, ghazel post, u meta wasal hemm dahal f’lukanda ghal ftit mistrieh.
U hemm kien hemm mara, sabiha hafna f’gisimha, imma mahmuga f’ruhha. Din il-mara mishuta lil San Frangisk talbitu biex jaghmel id-dnub maghha. U qalilha San Frangisk: “Tajjeb, naccetta; ejja mmorru flimkien fis-sodda”; u hi haditu f’kamritha. U qal San Frangisk: “Ejja mieghi, u jien niehdok hdejn sodda tassew sabiha.” U hadha lejn nar kbir li kien hemm jaqbad f’dik id-dar.
Imqanqal minn hegga fl-ispirtu tieghu, neza’ gharwien, u nxtehet fin-nar iheggeg, u beda jistedinha tinza’ u tmur timtedd mieghu fuq dik is-sodda hekk komda u sabiha. U San Frangisk dam wieqaf hemm ghal hafna hin, b’wiccu hieni, bla ma nharaq imkien jew ixxawwat bin-nar.
Meta rat dan il-miraklu dik il-mara bezghet hafna u hasset l-indiema f’qalbha. U mhux biss nidmet mid-dnub u mill-fehmiet hziena ta’ qalbha, imma wkoll ikkonvertiet b’mod perfett ghall-fidi ta’ Kristu, u saret mara ta’ qdusija hekk kbira li, minhabba fiha, kienu hafna l-erwieh li salvaw f’dawk l-inhawi.
Twissijiet Kap 3, 8 San Frangisk ta’ Assisi
Jekk xi darba s-superjur jikkmanda lis-sudditu xi haga li tmur kontra l-kuxjenza tieghu, ghad li m’ghandux jobdih, b’danakollu m’ghandux jinfired minnu. U jekk minhabba f’dan kollu jsofri persekuzzjoni minn xi whud, ha juri lejhom imhabba akbar f’gieh Alla. Tabilhaqq, min aktar jippreferi li jsofri l-persekuzzjoni milli jinfired minn hutu, dan ikun qieghed tabilhaqq fl-ubbidjenza perfetta, ghax ikun qed jghati hajtu ghal hutu.
Nirrifletti ….
Qed nghix xi tip ta’ persekuzzjoni f’hajti?
----------------------------------------- 0 --------------------------------------------
9. Henjin intom
“Henjin intom, meta jghajjrukhom u jippersegwitawkom u jaqilghu kull xorta ta’ hazen u gideb kontra taghkom minhabba fija.
Ifirhu u thennew, ghax hlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom.”
Matt 5, 11-12
Santu Wistin
“Ibni jekk trid tersaq lejn il-Mulej hejji ruhek ghat-tigrib.” Min jghid dan il-kliem ifarrag lid-dghajjef u jqawwih, hekk li dak li jkun emmen ma jixxennaqx ghall-gid tad-dinja. Ghax jekk ikun tghallem iqieghed it-tama tieghu fil-gid tad-dinja, din ix-xewqa thassarlu qalbu u fil-waqt tat-tigrib jindarab u ghandu mnejn ukoll jinbaram.
Ma jkunx ghalhekk qieghed iwaqqfu fuq il-blat min irawwmu hekk, imma jkun iqieghdu fuq ir-ramel. U l-blata kienet Kristu. L-insara huma msejjhin biex jixbhu lil Kristu fi tbatijietu, mhux biex jiggerrew wara x-xenqiet tad-dinja. Id-dghajjef jikseb il-farag meta jsib min jghidlu: “Stenna t-tigrib tad-dinja, imma l-Mulej johorgok hieles mit-tigrib kollu, kemmil darba qalbek ma titbighedx minnu. Ghax biex ifarrag il-qalb tieghek huwa gie halli jbati u jmut, gie halli jobzqulu u jdawwrulu rasu bix-xewk, gie halli jisma’ t-tghajjir u fl-ahhar jissammar mas-salib. Dan kollu huwa garrbu ghalik, u int ma garrabt xejn. Mhux ghalih innifsu bata, imma ghalik.”
Mattew 7, 21-27
“Mhux kull min jghidli: ‘Mulej, Mulej’, jidhol fis-Saltna tas-Smewwiet, izda min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-Smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm hafna li jghiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek habbarna ahna, u mhux f’ismek keccejna x-xjaten u f’ismek ghamilna hafna mirakli?’ Mbaghad jien nghidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li taghmlu l-hazen!’
Ghalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jaghmel li qieghed nghid jien, isir jixbah lil bniedem ghaqli li bena daru fuq il-blat. Nizlet ix-xita, gew il-widien, qamu l-irwiefen u habtu fuq dik id-dar, izda ma ggarrfitx ghax kellha s-sisien taghha fuq il-blat. Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jaghmilx li qieghed nghid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Nizlet ix-xita, gew il-widien, qamu l-irwiefen u habtu fuq dik id-dar, u ggarrfet; u kbira kienet il-qerda taghha!”
Fjuretti Kapitlu 23
Darba minnhom, huwa u jitlob fil-post tal-Porzjunkola, San Frangisk kellu rivelazzjoni divina u ra li dan l-imkien kien imdawwar u assedjat mid-demonji bhallikieu minn ezerctu kbir. Imma hadd minnhom ma seta’ jidhol fil-post, ghax l-ahwa li kienu jghixu fih kienu kollha ta’ qdusija kbira, hekk li d-demonji ma kienux jistghu jidhlu gewwa.
Komplew hekk, izda jum minnhom, wiehed minn dawk l-ahwa kellu xi jghid sewwa ma’ iehor, u qaghad jahseb f’qalbu dwar kif seta’ jakkuzah u jivvendika ruhu minnu. Minhabba f’hekk, billi dak baqa’ l-hin kollu mehdi b’dan il-hsieb hazin, id-demonju, issa li sab il-bieb miftuh, dahal fil-post, u ntefa’ fuq ghonq dak il-patri.
Meta r-raghaj, kollu hniena u herqa ghan-nghag tieghu li fuqhom kien jisher bla heda, ra li dahal il-lupu biex jibla’ n-nghaga ckejkna tieghu, baghat isejjah lil dak il-patri biex imur ghandu, u ikkmandah biex dak il-hin stess inehhi minnu l-velenu tal-mibgheda li kien nissel fih kontra l-proxxmu, u li minhabba fih hu kien f’idejn il-ghadu tieghu.
Dak beza’ hafna, ghax ra li l-missier qaddis kien fehem kollox, u talab bl-umilta’ kollha l-penitenza flimkien mal-hniena. Wara li ghamel dan, u rcieva l-mahfra ta’ dnubu u l-penitenza, dak il-hin stess, fil-prezenza ta’ San Frangisk, id-demonju telaq minn hemm. U dak il-patri, mehlus b’dan il-mod mill-bhima qalila, ghat-tjubija tar-raghaj it-tajjeb, izza hajr lil Alla. Hu gharaf jidhol lura fil-merhla tar-raghaj qaddis, imwiddeb u mghallem sewwa, u mbaghad kompla jghix fi qdusija kbira.
Twissijiet Kap 5, 7 San Frangisk ta’ Assisi
Li kieku int kont l-aktar wiehed sabih u l-aktar wiehed ghani, jew li kont taghmel hwejjeg hekk tal-ghageb li tharrab sahansitra d-demonji, dawn il-hwejjeg kollha kienu jkunu ghalik ta’ hsara, u xorta wahda xejn m’hu tieghek, u f’ebda haga minn dawn kollha ma tista’ tiftahar. B’haga wahda biss, iva, nistghu niftahru: b’dak li hu dghajjef fina, u li ngorru kuljum is-salib tal-Mulej taghna Gesu’ Kristu.
Papa San Ljun il-Kbir Il-Beatitudni
Dawk li ghandhom l-imhabba ta’ Alla u ta’ ghajrhom jisthoqqilhom ghalhekk li ma jarawx aktar tigrib u ma jibzghux aktar mit-tfixkil, imma, wara li jkun ghadda t-tigrib kollu, jistriehu fi sliem ta’ hena bla qjies, is-sliem ta’ Alla, bi Kristu Sidna, li jghix u jsaltan mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.