Monday, December 3, 2007

Laqghat ta' Formazzjoni u Riflessjoni 2007 - 2008


Programm ta’ Formazzjoni 2007-2008 tal-Kunsill Nazzjonali - Ordni Frangiskan Sekular

Ferh Nisrani


“Gesu’ gie Nazaret fejn trabba. Dahal fis-sinagoga taghhom, kif kien imdorri jaghmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fethu u sab fejn kien hemm miktub dan li gej:

‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
Ghax hu kkonsagrani.
Baghatni nhabbar il-helsien lill-imjassrin,
Nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
U d-dawl mill-gdid lill-ghomja,
Nrodd il-helsien lill-mahqurin
U nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’

U beda jghidilhom: ‘Din il-kitba sehhet illum, intom u tisimghu.’”

Luqa 4, 16-19, 21


Kunsill Nazzjonali Ordni Frangiskan Sekular Malta


1. Il-Foqra fl-Ispirtu

“Henjin il-foqra fl-ispirtu,ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”
Matt 5, 3


Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

L-istess kliem qaddis ta’ Kristu jixhed x’kien it-taghlim tieghu, u dawk li jixtiequ jaslu fl-hena ta’ dejjem fih jaraw liema hi t-triq li twassalhom ghalih. Henjin il-foqra fl-ispirtu, qal, ghax taghhom hi s-saltna tas-smewwiet.

Forsi ma kienx jidher car dwar liema foqra kien qed jitkellem Gesu’, il-Verita’ fih innifsu, kieku qal biss Henjin il-foqra u ma zied xejn biex juri dwar liema foqra kien qed jitkellem; xi hadd kien jista’ jahseb li, biex wiehed jikseb is-saltna tas-sema, kien ikun bizzejjed ghalih li jkollu dak il-faqar li fih jghixu dawk li huma neqsin minn kull ma jehtiegu.

Imma meta l-Mulej qal Henjin il-foqra fl-ispirtu, wera li s-saltna tas-smewwiet tinghata lil dawk li huma umli f’qalbhom, aktar milli ‘l dawk li huma neqsin mill-gid tad-dinja.

Luqa 1, 46-55

Mbaghad qalet Marija:

“Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej,
U l-ispirtu tieghi jifrah f’Alla s-Salvatur tieghi,
Ghax hu xehet ghajnejh fuq ic-cokon tal-qaddejja tieghu.
Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjahli hienja,
Ghax is-setghani ghamel mieghi hwejjeg kbar;
Qaddis hu l-isem tieghu.
Il-hniena tieghu tinfirex f’kull zmien
Fuq dawk li jibzghu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ drieghu,
Xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Nizzel is-setghana minn fuq it-tron taghhom,
U gholla c-ckejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-guh,
U l-ghonja baghathom ‘il barra b’xejn.
Ha hsieb Izrael qaddej tieghu,
Ghax ftakar fil-hniena tieghu,
Bhalma wieghed lil missirijietna,
B’risq Abraham u nislu ghal dejjem.”



Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8

Kienet ix-xitwa, u San Frangisk flimkien ma’ fra Leone kienu mexjin minn Perugia lejn Santa Marija ta’ l-Angli. Il-ksieh kien ixoqq il-ghadam, u t-tnejn kienu mahqura bih. San Frangisk sejjah lil fra Leone, li kien miexi ftit ‘il quddiem, u qallu hekk: “Fra Leone, ukoll kieku l-Ahwa z-Zghar tad-dinja kollha kellhom jaghtu ezempju kbir ta’ qdusija, u jkunu ta’ edifikazzjoni: b’dana kollu, ikteb u innota tajjeb li l-ferh perfett ma jinstabx f’dan.”

Komplew mexjin ftit ‘il quddiem, u San Frangisk sejjahlu ghat-tieni darba: “O fra Leone, li kieku xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jaghti d-dawl lit-torox u l-mixi liz-zopop, il-kelma lill-muti u, haga aktar ta’ l-ghageb, iqajjem ghall-hajja mejtin li jkun ilhom erbat ijiem fil-qabar; ikteb li, l-ferh perfett ma jinstabx f’dan.”

Wara ftit passi ohra, San Frangisk ghajjat aktar bil-qawwi: “O fra Leone, li kieku xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jkun jaf l-ilsna kollha, u jkun jaf ix-xjenzi kollha u l-Kotba Mqaddsa, hekk li jkun kapaci jaghmilha ta’ profeta u jaghti taghrif car mhux biss dwar dak li ghandu jigri fil-gejjieni, imma wkoll jaqra fil-kuxjenza u l-imhuh tal-bnedmin: ikteb li lanqas f’dan ma jinstab il-ferh perfett.”

Twissijiet Kap 14 San Frangisk ta’ Assisi

Henjin il-foqra fl-ispirtu, ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet. Huma hafna dawk li jinghataw ghat-talb u l-ghemejjel tajba, jiccahhdu u jghakksu wkoll lil gisimhom; imma mbaghad, imqar ghall-icken kelma li jhossuha tweggaghhom, jew jekk xi hadd johdilhom xi haga, arahom malajr jithawdu u jitlaghlhom bl-ikreh. Dawn m’humiex foqra fl-ispirtu; ghax min hu tabilhaqq fqir fl-ispirtu jobghod lilu nnifsu, u jhobb lil dawk li jaghtuh bil-harta fuq wiccu.

Nirrifletti ….

Ghaliex nista’ nkun hieni anki fil-problemi u t-tbatija?

------------------------------------ 0 ---------------------------------------

2. Henjin l-Imnikkta

“Henjin l-imnikkta, ghax huma jkunu mfarrga.”
Matt 5, 4

Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

Wara li habbar il-faqar hieni, il-Mulej zied jghid: Henjin l-imnikkta, ghax huma jkunu mfarrga. In-niket li ghalih hu mwieghed il-farag tas-sema, gheziez tieghi, ma ghandu xejn x’jaqsam man-niket ta’ din id-dinja, u t-tnehid kollu li jitniehdu l-bnedmin kollha tad-dinja m’hux se jaghmel lil xi hadd hieni. In-niket tal-qaddisin m’hux bhal dan, it-tnehid taghhom jigi minn haga ohra.

In-niket tal-qaddisin gej mit-tnehid ghad dnubiet taghhom jew ta’ l-ohrajn, u l-qaddisin ma jitnikktux ghaliex Alla jikkastiga l-midneb bil-gustizzja skond il-haqq u s-sewwa, imma jisghob bihom ghax il-bnedmin jaghmlu l-hazen; huma jhossu li ghandhom jitnikktu aktar ghal min jaghmel id-deni milli ghal min igarrab id-deni, ghaliex il-hazen li jaghmlu l-hziena iwassalhom ghall-kastig, waqt li s-sabar li juru t-tajbin iwassalhom ghall-glorja.

Luqa 15, 1-10

Il-publikani u l-midinbin kienu jersqu bi hgarhom biex jisimghuh. U kemm il-farizej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jghidu: “Nies midinba jilqa’ ghandu dan u jiekol maghhom!”

U Gesu’ qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt naghga u jitlef wahda minnhom, u ma jhallix id-disgha u disghin l-ohra fid-dezert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha jifrah biha u jerfaghha fuq spallejh, imur id-dar, issejjah ghandu lil hbiebu u l-girien u jghidilhom: ‘Ifirhu mieghi, ghax sibt in-naghga li kienet intilfitli.’ Nghidilkom li l-istess jigri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferh ghal midneb wiehed li jindem milli ghal disgha u disghin bniedem tajjeb li ma kellux bzonn ta’ ndiema.

Jew min hi dik il-mara li jkollha ghaxar drakmiet u titlef wahda minnhom, li mhijiex sejra tixghel il-musbieh u tiknes id-dar, u tibqa’ tfittex bil-ghaqal sa ma ssibha! U meta ssibha, issejjah ghandha lil hbiebha u l-girien, u tghidilhom, ‘Ifirhu mieghi, ghax sibt id-drakma li kienet intilfitli.’ Nghidilkom jien li l-istess ferh ikun hemm fost l-angli ta’ Alla ghal midneb wiehed li jindem.”






Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8

Imxew ftit iehor, u San Frangisk sejjah mill-gdid b’lehen aktar qawwi: “O fra Leone, harufa ckejkna ta’ Alla, imqar li xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jitkellem b’lehen ta’ anglu, u jkun jaf il-mixja tal-kwiekeb u l-qawwa medicinali tal-hxejjex, u jikseb taghrif dwar it-tezori kollha ta’ l-art, u jkun jaf il-kwalitajiet ta’ l-ghasafar u tal-hut u ta’ l-annimali kollha u tal-gebel u ta’ l-ilmijiet: ikteb li mhux f’dan kollu jinsab il-ferh perfett.”

Terga’, wara ftit, San Frangisk sejjah b’ghajta qawwija: “U fra Leone, li xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jkun jaf jippriedka tant tajjeb, hekk li jdawwar ghall-fidi ta’ Kristu lil dawk kollha li m’ghandhomx fidi fih: ikteb li, lanqas f’dan ma hemm il-ferh perfett.”

Twissijiet Kap 11 San Frangisk ta’ Assisi

Xejn hlief id-dnub ma ghandu jnikket lill-qaddej ta’ Alla. U jekk ikun hemm xi persuna li tkun dinbet, kien liema kien id-dnub taghha, minhabba f’hekk il-qaddej ta’ Alla la ghandu jithawwad u lanqas jitlaghlu, hlief jekk dan jaghmlu mqanqal mill-imhabba, ghax inkella jkun qed jigma’ ghalih innifsu l-htija. Dak il-qaddej ta’ Alla li xejn ma jgeghelu jaghdab jew jithawwad, ighix hajja tassew tajba u bla ma ghandu xejn li hu tieghu. U hieni hu dak li ma jzomm xejn ghalih innifsu, imma jaghti lil Cesari dak li hu ta’ Cesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.

Nirrifletti ….

Inhoss nieket ghal dak li jaghmel il-hazin, b’tama li jerga’ lura fit-triq it-tajba, jew izjed facli ghalija li niggudikah?

----------------------------------- 0 --------------------------------------------

3. Henjin ta’ qalbhom helwa

“Henjin ta’ qalbhom helwa, ghax huma jkollhom b’wirthom l-art.”
Matt. 5, 5

Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

Mbaghad il-Mulej jghid: Henjin ta’ qalbhom helwa, ghax huma jkollhom b’wirthom l-art. Lil dawk ta’ qalbhom helwa, lill-kwieti, lill-umli u lill-irzina f’imgibithom, u ‘l dawk kollha li huma dejjem imhejjija biex jistabru b’kull deni, il-Mulej iweghedhom li jkollhom l-art b’wirt. Wirt bhal dan wiehed ma ghandux iqisu li jiswa ftit jew xejn, qisu ma ghandu x’jaqsam xejn mas-saltna tas-smewwiet; wiehed jifhem li biss dawk ta’ qalbhom helwa jidhlu fis-saltna tas-smewwiet.

L-art imwieghda lil dawk ta’ qalbhom helwa, li tinghata b’wirt lill-umli, hi l-gisem tal-qaddisin mibdul fil-qawmien ta’ l-imwiet u mzejjen bis-sebh ta’ l-immortalita’, minhabba l-umilta’ hienja taghhom: issa l-gisem ma jkunx aktar kontra l-ispirtu u jkun jaqbel ghal kollox mar-rieda tar-ruh; il-bniedem ta’ gewwa jkollu taht is-setgha tieghu l-bniedem ta’ barra bla ebda tahbit u tfixkil.

Dawk ta’ qalbhom tajba jkollhom sliem ghal dejjem, u xejn ma jkun jonqoshom minn drittijiethom, meta dan il-gisem li jithassar jilbes in-nuqqas ta’ tahsir u dan il-gisem li jmut jilbes l-immortalita’, u dak kollu li kien jhedded lir-ruh isir premju ghaliha, u dak li kien ta’ piz isirilha ta’ gieh.

Mattew 18, 1-5

Resqu d-dixxipli lejn Gesu’ u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwit?” Hu sejjah lejh tfajjel ckejken, qieghdu f’nofshom u qalilhom: “Tassew nghidilkom, li jekk intom ma tergghux issiru bhat-tfal iz-zghar, zgur li ma tidhlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U ghalhekk l-ikbar wiehed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jcekken lilu nnifsu bhal dan it-tfajjel zghir. U kull min jilqa’ tfajjel bhal dan minhabba f’ismi, ikun jilqa’ lili.

Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8

Sadanittant lahqu mxew zewg mili, jitkellmu l-hin kollu b’dan il-mod, u fra Leone, mghaggeb ghall-ahhar, staqsieh u qallu: “Missier, nitolbok f’gieh Alla, li tghidli fejn jinsab il-ferh perfett.”

U San Frangisk tah din it-twegiba: “Meta naslu Santa Marija ta’ l-Angli, imxarrbin ghasra bix-xita u ngazzati bil-kesha u kollna tajn u hama, u mejtin bil-guh, immorru u nhabbtu fuq il-bieb tal-post, u l-purtinar kollu rabja jigi u jghidilna: ‘Min intom?’ U ahna nghidulu: ‘Ahna tnejn minn hutkom’; u hu jghidilna: ‘M’intomx tghidu l-verita’; intom zewg brikkuni li dduru u tingannaw id-dinja, u tisirqu l-karita’ li jaqilghu l-foqra; itilqu minn hawn.’
U jibqa’ ma jifthilniex, u jhallina barra ghall-borra u l-ilma, u jkollna nghaddu l-lejl fil-kesha u bil-guh. Imbaghad, kemm-il darba ahna jirnexxielna nsofru bis-sabar dawn l-offizi u dik il-mohqrija u l-imgieba hazina maghna, minghajr ma nithawdu u minghajr ma noqoghdu nilmintaw kontrih, u nahsbu bl-umilta’ kollha li dak il-purtinar lilna gharafna sewwa min ahna, u li kien Alla li gieghlu jitkellem kontra taghna: o fra Leone, ikteb li hawn jinsab il-ferh perfett.

U li kellna nibqghu inhabbtu, u hu johrog barra kollu mhawwad, u jkeccina bi kliem iebes u daqqiet ta’ harta bhallikieku konna xi nies li ma ahna tajbin ghalxejn hlief biex indejjqu ‘l haddiehor, u jghidilna: ‘Itilquli minn hawn, hallelin mill-aghar, morru sibu kenn fil-lazzarett, ghax hawn la se tieklu, u lanqas torqdu.’ Li kellna nsofru dan kollu bis-sabar u bil-ferh u nibqghu bit-tbissima: o fra Leone, ikteb li hawn jinsab il-ferh perfett.”

Twissijiet Kap 19,1 San Frangisk ta’ Assisi

Hieni l-qaddej li ma jzommx lilu nnifsu ahjar meta n-nies ifahhruh u jgholluh, milli meta jzommuh bhala wiehed li ma jiswa ghal xejn, hafif minn mohhu u ta’ min imaqdru; ghax il-bniedem jiswa daqskemm jiswa quddiem Alla, u mhux aktar.

Nirrifletti ….

Xi jrid jghid Gesu’ meta jghidilna biex insiru bhat-tfal iz-zghar?


------------------------------- 0 ----------------------------------------

4. Henjin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja

“Henjin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja, ghax huma jkunu mxebbghin.”
Matt 5, 6

Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

Il-Mulej jghid: Henjin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja ghax huma jkunu mxebbghin. Dan m’hux guh tal-gisem, m’hux ghatx ta’ l-art, imma hu xewqa li wiehed jixba’ bil-gid li jigi mill-gustizzja, hu tama li wiehed jimtela bil-Mulej billi jaghraf x’inhuma l-hwejjeg kollha mistura.

Hienja r-ruh li tixtieq dan l-ikel, li tixxennaq ghal xorb bhal dan, ikel u xorb li qatt ma kienet tixtiequ kieku qatt ma daqet il-benna tieghu. Ir-ruh meta semghet kliem il-profeta jghidilha: Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej, hadet sehem mill-hlewwa tas-sema u xeghlet b’imhabba ghal din il-benna tas-sema, hekk li warrbet fil-genb kull haga tad-dinja, u mtliet b’xewqa kbira li tiekol u tixrob biss il-gustizzja, ha tifhem sewwa l-verita’ shiha ta’ l-ewwel kmandament, li jghid: Hobb il-Mulej Alla b’qalbek kollha, b’ruhek kollha u b’sahhtek kollha, ghaliex thobb ‘l Alla m’hux hag’ohra hlief li thobb il-gustizzja.

Luqa 16, 19-31

“Mela kien hemm ragel ghani, jilbes il-porpra u ghazel mill-ifjen; l-hena tieghu kien li jaghmel ikla mill-ahjar. U wiehed fqir jismu Lazzru, li kellu gismu gerha wahda, kien imur jinxtehet hdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-ghani. Sa l-klieb kienu jmorru jilaghqu l-griehi tieghu.

Gara li l-fqir miet, u l-angli haduh fi hdan Abraham. Imbaghad miet ukoll l-ghani, u difnuh. Dan, kif sab ruhu fi tbatijiet horox f’Art l-Imwiet, rafa’ harstu, u mill-boghod lemah lil Abrahan, b’Lazzru fi hdanu. U gholla lehnu u qallu, ‘Missier Abraham, ikollok hniena minni u ibghat lil Lazzru jbil tarf sebghu fl-ilma ha jtaffili n-nixfa li ghandi fi lsieni, ghax qieghed ninhaqar wisq f’dan in-nar.’

‘Ibni,’ qallu Abraham, ‘ftakar li t-tajjeb tieghek ircevejtu f’hajtek; hekk ukoll Lazzru, il-hazin ircevieh f’hajtu. Imma issa hu hawnhekk qieghed jitfarrag, waqt li inti qieghed tbati. Barra minn dan, hemm vojt bla qies bejnkom u bejnna, biex min ikun irid jaqsam minn hawn ghal ghandkom ma jkunx jista’, u anqas ma jghaddu minn hemm ghal ghandna.’

Qallu l-ghani, ‘Mela nitolbok, missier, ibghatu f’dar missieri, ghax ghandi hames ahwa, halli jaghmlilhom twissija kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jigu f’dan il-post ta’ tbatijiet horox!’ Qallu Abraham, ‘Ghandhom lil Mose’ u l-Profeti; jisimghu lilhom.’ ‘Le, missier Abraham,’ qallu dak, ‘imma jekk imur ghandhom xi hadd mill-imwiet, jindmu.’ Izda wiegbu Abraham, ‘Jekk ma jisimghux lil Mose’ u l-Profeti, anqas jekk iqum xi hadd mill-imwiet ma jemmnu.’”
Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8

“U li kieku ahna, ghax mifnijin mill-guh u mill-kesha u mill-biza’ tal-lejl li diehel gmielu, kellna nergghu nhabbtu mill-gdid u nghajtulu, u nitolbuh ghall-imhabba ta’ Alla, bid-dmugh igelben minn ghajnejna, biex jifthilna u tal-anqas idahhalna gewwa, u dak aktar imghaddab u mfixkel minn qabel ighid: ‘Dawn huma nies li dejquni u m’huma tajbin ghal xejn, u jien se nhallashom kif haqqhom.’

U johrog barra b’bastun bil-ponot, u jaqbadna mill-kapocc u jitfaghna ma’ l-art, u jkebbibna qalb il-borra u jibda jsawwatna bil-ponot ta’ dak il-bastun: li kellna nsofru dan kollu bis-sabar u bil-ferh, u noqghodu nahsbu fuq it-tbatijiet li ghadda minnhom Kristu l-imbierek, u fuq li ahna ghandna nsofru ghall-imhabba tieghu: o fra Leone, ikteb li hawn u f’dan jinsab il-ferh perfett.”

Twissijiet Kap 6 San Frangisk ta’ Assisi

Huti, ejjew ilkoll kemm ahna nsammru l-harsa taghna fuq ir-Raghaj it-tajjeb li sofra l-Passjoni fuq is-salib biex isalva lin-nghag tieghu! In-nghag tal-Mulej imxew warajh fit-tahbit u l-persekuzzjoni, fil-misthija u l-guh, fil-mard u fit-tigrib, u f’kull prova ohra; u ta’ dan kollu hadu bhala premju minghand il-Mulej il-hajja ta’ dejjem. Ghalhekk, hu ghajb kbir ghalina, qaddejja ta’ Alla, li, waqt li kienu l-qaddisin li ghamlu l-ghemejjel tajba, ahna rridu niehdu l-glorja u l-gieh semplicement ghax noqoghdu nsemmu dak li ghamlu huma!

Nirrifletti ….

Kif nista’ nkun jien ukoll bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja?

------------------------------------ 0 ---------------------------------------


5. Hienja dawk li jhennu

“Hienja dawk li jhennu, ghax huma jsibu hniena.”
Matt 5, 7

Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

Mbaghad kif ma’ l-imhabba ta’ Alla hemm marbuta l-imhabba tal-proxxmu, hekk max-xewqa tal-gustizzja hemm marbuta l-hniena, u ghalhekk il-Mulej qal: Henjin dawk li jhennu, ghax isibu hniena.

Aghraf, o nisrani, x’dinjita’ ghandu gherfek, ara ghal liema stharrig int mistieden, ifhem ghal liema premju int imsejjah. Il-hniena tridek tkun hanin, u l-gustizzja gust, biex il-Hallieq jara x-xhieda tieghu f’dak li halaq, u x-xbieha ta’ Alla tiddi bhal f’mera fil-qalb tal-bniedem, fil-linji kolha taghha. Shiha hi l-fidi ta’ min jaghmel it-tajjeb, isehhu xewqatek u tikseb ghal dejjem dak li thobb.

Luqa 10, 25-37

Mela jqum wiehed gharef fil-Ligi u, biex igarrbu, staqsieh: “Mghallem, x’naghmel biex niret il-hajja ta’ dejjem?” Qallu Gesu’: “Fil-Ligi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wiegeb: “Int ghandek thobb il-Mulej, Alla tieghek, b’qalbek kollha, u b’ruhek kollha, bil-qawwa tieghek kollha, u b’mohhok kollu, u lill-proxxmu tieghek bhalek innifsek.” “Sewwa wegibt,” qallu Gesu’, “aghmel hekk u tghix.” Izda dak, biex juri li kellu ragun, qal lil Gesu’: “U l-proxxmu tieghi min hu?”

U Gesu’ raga’ qabad jghidlu: “Wiehed ragel kien niezel Geriko minn Gerusalemm, u waqa’ f’idejn il-hallelin; dawn nezzghuh, biccruh bis-swat u telqu, u hallewh nofsu mejjet. Inzerta kien niezel qassis minn dik it-triq u rah, ghadda minn mal-genb u baqa’ sejjer. Hekk ukoll wiehed levita, meta wasal hemm u rah, ghadda minn mal-genb u baqa’ sejjer.

Imma kien ghaddej minn hemm wiehed Samaritan, wasal hdejh, rah u thassru. Resaq lejh, dewwielu l-griehi biz-zejt u l-inbid u rabathomlu, u mbaghad tellghu fuq il-bhima tieghu, wasslu f’lukanda u ha hsiebu. L-ghada hareg bicctejn flus, tahom lil tal-lukanda u qallu, ‘Hu hsiebu; jekk tonfoq xi haga izjed, inroddielek jien meta nerga’ nghaddi.’

Minn dawn it-tlieta, int min jidhirlek li gieb ruhu ta’ proxxmu ma’ dak li waqa’ f’idejn il-hallelin?” “Min henn ghalih,” wiegbu dak. “Mur,” qallu Gesu’, “u aghmel hekk int ukoll.”





Il-Ferh Perfett Fjuretti Kapitlu 8

“Izda isma’ l-konkluzjoni ta’ kollox, fra Leone. Fuq il-grazzji u d-doni kollha ta’ l-Ispirtu s-Santu li Kristu jaghti lill-hbieb tieghu hemm ir-rebha fuqna nfusna u li ghall-imhabba ta’ Kristu ngarrbu t-tbatijiet, l-ingurji, l-umiljazzjonijiet u d-dwejjaq.

Ghax fid-doni l-ohra ta’ Alla kollha kemm huma, ahna ma nistghux niftahru, ghax mhumiex taghna, imma ta’ Alla, u ghalhekk l-appostlu jghid: X’ghandek li ma nghatalekx? U jekk inghatalek, il-ghala tiftahar bhallikieku ma nghatalek xejn? (1 Kor 4,7). Imma fis-salib tat-tigrib u tan-niket nistghu niftahru, ghax l-appostlu jghid: Nghid ghalija ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Gesu’ Kristu (Gal 6,14).”

Ghat-tifhir ta’ Gesu’ Kristu u tal-fqajjar Frangisku. Amen.

Twissijiet Kap 18 San Frangisk ta’ Assisi

Hieni l-bniedem li jistabar bil-proxxmu tieghu minhabba d-dghufija tieghu, bhalma jixtieq li l-proxxmu tieghu jistabar bih fl-istess cirkustanzi. Hieni l-qaddej li jaghraf irodd lura lill-Mulej Alla dak kollu li hu tieghu, ghax jekk xi hadd izomm ghalih innifsu xi haga, ma jkunx ghajr qed jahbi l-flus tal-Mulej Alla tieghu, u jittehidlu dak li sthajjel li ghandu.

Nirrifletti ….

Qed inkun xbieha u xhieda ta’ Alla fil-mod li ngib ruhi ma’ l-ohrajn?


---------------------------------------- 0 --------------------------------------------

6. Henjin dawk li huma safja f’qalbhom

“Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw ‘l Alla.”
Matt 5, 8

Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

Bil-karita’ li taghti kollox ikunlek safi, ghalhekk malajr tghaddi ghall-hena l-iehor li jwieghed il-Mulej meta jghid: Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw ‘l Alla. Hena kbir tassew, gheziez, jekk hemm premju bhal dan imhejji ghalih. X’inhu tkun safi f’qalbek, jekk m’hux thabrek biex ikollok il-kwalitajiet tajba li ghadna kemm semmejna? Liema mohh jista’ jifhem, liema lsien jista’ jfisser x’hena hu li tara ‘l Alla?

U dan ghad isehh meta n-natura taghna tinbidel u ahna ma narawx aktar bhallikieku f’mera, imcajpar, imma wicc imbwicc, naraw l-istess Alla, li ebda bniedem ma jista’ jarah; bil-ferh bla qjies tad-dehra ta’ Alla ghal dejjem niksbu dak li ghajn qatt ma rat u widna qatt ma semghet, dak li qatt ma tnissel f’qalb il-bniedem.

Bir-ragun kollu l-Mulej wieghed id-dehra ta’ Alla lil dawk li huma safja f’qalbhom. L-ghajn imniggsa ma tistax tara d-dija tad-dawl veru, u dak li jghaxxaq l-ghajn safja hu ta’ hsara ghall-ghajn imniggsa. Ha nitbieghdu mela mid-dlamijiet tal-frugha tad-dinja u nsaffu l-ghajnejn ta’ ruhna minn kull tidnis tal-hazen, biex il-harsa safja ta’ ruhna titpaxxa bid-dehra ta’ Alla.

Mattew 25, 31-40

“Meta jigi Bin il-bniedem fil-glorja tieghu u bl-angli kollha mieghu, mbaghad joqghod fuq it-tron glorjuz tieghu. U quddiemu jingabru l-gnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bhalma r-raghaj jifred in-naghag mill-moghoz: in-nghag iqeghedhom fuq il-lemin tieghu u l-moghoz fuq ix-xellug.

Mbaghad is-Sultan jghid lil dawk ta’ fuq il-lemin tieghu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, hudu b’wirt taghkom is-Saltna li thejjiet ghalikom sa mill-holqien tad-dinja. Ghax jien kont bil-guh u tmajtuni, kont bil-ghatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont gheri u libbistuni, kont marid u gejtu tarawni, kont fil-habs u gejtu zzuruni.’

Mbaghad iwegbuh il-gusti, ‘Mulej’, jghidulu, ‘meta rajnik bil-guh u tmajnik, jew bil-ghatx u sqejnik? Meta rajnik barrani u lqajnik, jew gheri u libbisnik? Meta rajnik marid jew fil-habz u gejjna nzuruk?’

U s-Sultan iwegibhom u jghid, ‘Tassew, nghidilkom, kull ma ghamiltu ma’ wiehed mill-izghar fost dawn huti, ghamiltuh mieghi.’”




Fjuretti Kapitlu 19

Darba, meta San Frangisk kien marid sew f’ghajnejh, is-sinjur Ugolino, il-kardinal protettur ta’ l-Ordni, li kien igibu u jhobbu hafna, kitiblu biex jghidlu jmur ghandu Rieti, ghax hemm kien hemm tobba ta’ l-ghajnejn mill-ahjar. Meta San Frangisk ha l-ittra tal-kardinal mar l-ewwel San Damjan, fejn kien hemm Klara, l-gharusa l-aktar qaddisa ta’ Kristu; qabel imur ghand il-kardinal ried l-ewwel ifarrag lilha.

Waqt li San Frangisk kien hemm, il-lejl ta’ wara, l-qaghda ta’ ghajnejh marret tant ghall-aghar, hekk li lanqas seta’ jara d-dawl. Billi ma setax jitlaq minn hemm, Santa Klara ghamlitlu bhal kamra zghira tal-qasab biex fiha jkun jista’ jistrieh ahjar. Imma San Frangisk, bejn minhabba l-ugigh tal-mard u bejn minhabba l-qtajja kbar ta’ grieden li bdew idejquh hafna, b’ebda mod ma seta’ jsib mistrieh, la bi nhar u lanqas bil-lejl. Dam isofri hafna dak l-ugigh u t-tigrib, hekk li beda jahseb u jikkonvinci ruhu li kien kastig ghal dnubietu mibghut minn Alla; beda ghalhekk irodd hajr lil Alla bil-qalb kollha u bil-fomm ukoll.

Twissijiet Kap 16 San Frangisk ta’ Assisi

Hienja dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw lil Alla. Huma tassew safja f’qalbhom dawk li jmaqdru l-hwejjeg tad-dinja u jfittxu dawk tas-sema, u qatt ma jieqfu jaduraw u jikkontemplaw ‘l Mulej Alla, haj u veru, b’qalb nadifa u ruh safja.

Nirrifletti ….

X’inhi l-attitudni tieghi lejn Alla fi zmien ta’ tbatija? Attitudni ta’ qtiegh il-qalb, ta’ rabbja, ta’ disperazzjoni, ta’ tifhir u ringrazzjament?


-------------------------------------- 0 ---------------------------------------------


7. Henjin dawk li jgibu l-paci

“Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejhu wlied Alla.”
Matt 5, 9

Papa San Iljun il-Kbir Il-Beatitudni

Biex niksbu dan, jidhirli, il-Mulej jghidilna: Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejjhu wlied Alla. Dan l-hena, gheziez tieghi, ma jinghatax ghal kull sura ta’ qbil jew ghal kull xorta ta’ ftehim, izda biss ghal dak li fuqu jitkellem l-Appostlu meta jghid: Ghandna s-sliem ma’ Alla, u li fuqu l-profeta jghid: Sliem bil-kotra ghal min ihobb il-ligi tieghek, ma hemm ebda tfixkil ghalihom.

Sliem bhal dan ma jgawduhx la zewgt ihbieb marbutin bejniethom b’rabta li ma bhalha ta’ mhabba u lanqas isibuh dawk li jaqblu bejniethom b’mod tassew ta’ l-ghageb fil-fehmiet kollha taghhom, jekk ma ghandhomx rabta shiha mar-rieda ta’ Alla. Huma tassew ‘il boghod mill-hena ta’ dan is-sliem kemm il-qbil fix-xewqat hziena, kemm il-pattijiet ha jsiru xi hwejjeg ta’ ghajb, u kemm il-ftehim ghal xi haga hazina.

Dawk kollha li huma dejjem ma’ Alla fi hsibijiethom u jhabirku biex izommu spirtu wiehed bir-rabta tas-sliem, qatt ma huma sejrin isibu ruhhom f’qaghda kontra l-ligi ta’ Alla, ghax huma bla heda jghidu: Ikun dak li trid int kif fis-sema hekkda fl-art.

Dawn huma dawk li jgibu l-paci: huma fehma wahda bejniethom, jaqblu f’kollox fis-sewwa, u ghalhekk jibqghu jissejjhu ghal dejjem ulied Alla u werrieta ma’ Kristu.

Mattew 5, 13-16

“Intom il-melh ta’ l-art. Imma jekk il-melh jaqta’, biex jerga’ jiehu t-toghma? Ma jibqa’ tajjeb ghal xejn izjed hlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qieghda fuq muntanja ma tistax tinheba. Anqas ma jixeghlu l-musbieh u jqeghduh taht il-modd, izda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk ghandu jiddi d-dawl taghkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-ghemejjel tajba taghkom u jaghtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.”

Fjuretti Kapitlu 19

Imbaghad San Frangisk ghajjat b’lehen gholi u qal: “Mulej Alla tieghi: jien jisthoqqli dan kollu u hafna aghar minn hekk ukoll. Mulej tieghi Gesu’ Kristu, raghaj tajjeb, li wrejt il-hniena tieghek maghna midinbin f’hafna ugigh u tbatijiet tal-gisem: aghti lili, harufa ckejkna tieghek, il-grazzja u l-qawwa biex ebda mard jew ugigh jew sofferenza ma jifirduni qatt minnek.”

Meta temm ighid din it-talba, sema’ lehen mis-sema jghidlu: “Frangisku, wegibni. Li kieku l-art kollha kienet tad-deheb, u l-ibhra kollha, u l-ghejun u x-xmajjar kienu balzmu, u l-muntanji u l-gholjiet u l-gebel kienu kollha hagar prezzjuz, u sadanittant int kellek issib tezor aqwa minn dawn il-hwejjeg kollha, bhalma d-deheb hu aqwa mit-trab ta’ l-art, u l-balzmu aqwa mill-ilma, u l-hagar prezzjuz aqwa mill-muntanji u l-gebel, u kellu jkun moghti lilek bhala hlas ghal din il-mards tieghek dak it-tezor aqwa, ma kienx imissek tkun iktar hieni u tassew ferhan?”

Wiegeb San Frangisk: “Sinjur, jiena ma jisthoqqlix tezor bhal dan.” U l-lehen ta’ Alla qallu: “Ifrah, Frangisku, ghax dak it-tezor hu l-hajja ta’ dejjem, li jien qed inzomm ghalik, u sa minn issa stess naghnik biha; u din il-marda u dan l-ugigh huma rahan ta’ dak it-tezor hieni.”

Twissijiet Kap 15 San Frangisk ta’ Assisi

Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejjhu ulied Alla. Igibu tabilhaqq il-paci dawk li, ibatu xi jbatu f’din id-dinja ghall-imhabba tal-Mulej taghna Gesu’ Kristu, jibqghu jzommu l-paci f’ruhhom u f’gisimhom.

Nirrifletti ….

It-talba tieghi hi wkoll Ikun li trid Int ?

-------------------------------------- 0 -----------------------------------------------


8. Henjin dawk li huma ppersegwitati

“Henjin dawk li huma ppersegwitati minhabba s-sewwa, ghax taghhom hija Saltna tas-Smewwiet.”
Matt 5, 10

San Bruno, sacerdot

Wiehed ikollu ghal qalbu li jasal ghall-hena ta’ dejjem, meta jkun ghadu ghaddej minn wied niexef, jigifieri meta ghadu jghix f’din id-dinja, fejn il-hajja hi tassew imsejkna u mimlija dmugh u niket jekk tqabbilha mal-hajja l-ohra li ghad trid tigi; meta wiehed iqabbel il-hajja ta’ dejjem ma’ din il-hajja fid-dinja ghandu jqisha mill-ewwel li hi tassew xi haga gholja u kollha hena.

Ghax is-salmista qal: Henjin dawk li jsibu fik il-qawwa taghhom, wiehed jista’ jistaqsi: F’haga bhal din, Alla jaghti l-ghajnuna? Ghal din il-mistoqsija nwiegbu: Iva, Alla jaghti l-ghajnuna tieghu lill-henjin; ghaliex min ghamel il-ligi, jigifieri Kristu li tana l-ligi tieghu, jaghti u jibqa’ jaghti bla heda l-barkiet tieghu, jigifieri kotra bla qjies ta’ grazzji, li bihom ibierek lil dawk li huma tieghu.

Hu jwassalhom ghall-hena ta’ dejjem, u permezz ta’ dawn il-barkiet dejjem jimxu aktar ‘il quddiem sa ma jaslu biex fil-gejjieni jaraw f’Sijon tas-sema lil Kristu, Alla ta’ l-allat, jaraw lil dak li, ghax Alla, jaghmel allat lil dawk li huma tieghu.

Mattew 10, 16-20, 22, 24-25

“Ara, jien qieghed nibghatkom bhal naghag qalb l-ilpup. Kunu mela ghaqlin bhas-sriep u safjin bhall-hamiem. Oqoghdu attenti mill-bnedmin! Ghax ghad jerhukom f’idejn il-qrati, jaghtukom is-swat fis-sinagogi taghhom, itellughukom quddiem gvernaturi u slaten minhabba fija, biex taghtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.

Izda meta jerhukom f’idejhom tinkwetawx ruhkom kif se titkellmu jew x’se tghidu, ghax dak il-hin stess jinghatalkom xi jkollkom tghidu. Ghax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qieghed jitkellem permezz taghkom. U lilkom kulhadd isir jobghodkom minhabba f’ismi. Imma min jibqa’ jzomm shih sa l-ahhar, dan isalva.

Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imghallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Bizzejjed ghad-dixxiplu jekk johrog jixbah lill-imghallem tieghu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Beghelzebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru!”


Fjuretti Kapitlu 24

San Frangisk baghat lil dawk l-ahwa li kien ghazel biex tnejn tnejn, imorru jxandru l-fidi ta’ Kristu f’hafna inhawi fejn kienu ighixu s-Seracini. Hu wkoll, flimkien ma’ wiehed minn shabu, ghazel post, u meta wasal hemm dahal f’lukanda ghal ftit mistrieh.

U hemm kien hemm mara, sabiha hafna f’gisimha, imma mahmuga f’ruhha. Din il-mara mishuta lil San Frangisk talbitu biex jaghmel id-dnub maghha. U qalilha San Frangisk: “Tajjeb, naccetta; ejja mmorru flimkien fis-sodda”; u hi haditu f’kamritha. U qal San Frangisk: “Ejja mieghi, u jien niehdok hdejn sodda tassew sabiha.” U hadha lejn nar kbir li kien hemm jaqbad f’dik id-dar.

Imqanqal minn hegga fl-ispirtu tieghu, neza’ gharwien, u nxtehet fin-nar iheggeg, u beda jistedinha tinza’ u tmur timtedd mieghu fuq dik is-sodda hekk komda u sabiha. U San Frangisk dam wieqaf hemm ghal hafna hin, b’wiccu hieni, bla ma nharaq imkien jew ixxawwat bin-nar.

Meta rat dan il-miraklu dik il-mara bezghet hafna u hasset l-indiema f’qalbha. U mhux biss nidmet mid-dnub u mill-fehmiet hziena ta’ qalbha, imma wkoll ikkonvertiet b’mod perfett ghall-fidi ta’ Kristu, u saret mara ta’ qdusija hekk kbira li, minhabba fiha, kienu hafna l-erwieh li salvaw f’dawk l-inhawi.

Twissijiet Kap 3, 8 San Frangisk ta’ Assisi

Jekk xi darba s-superjur jikkmanda lis-sudditu xi haga li tmur kontra l-kuxjenza tieghu, ghad li m’ghandux jobdih, b’danakollu m’ghandux jinfired minnu. U jekk minhabba f’dan kollu jsofri persekuzzjoni minn xi whud, ha juri lejhom imhabba akbar f’gieh Alla. Tabilhaqq, min aktar jippreferi li jsofri l-persekuzzjoni milli jinfired minn hutu, dan ikun qieghed tabilhaqq fl-ubbidjenza perfetta, ghax ikun qed jghati hajtu ghal hutu.

Nirrifletti ….

Qed nghix xi tip ta’ persekuzzjoni f’hajti?

----------------------------------------- 0 --------------------------------------------


9. Henjin intom

“Henjin intom, meta jghajjrukhom u jippersegwitawkom u jaqilghu kull xorta ta’ hazen u gideb kontra taghkom minhabba fija.

Ifirhu u thennew, ghax hlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom.”
Matt 5, 11-12

Santu Wistin

“Ibni jekk trid tersaq lejn il-Mulej hejji ruhek ghat-tigrib.” Min jghid dan il-kliem ifarrag lid-dghajjef u jqawwih, hekk li dak li jkun emmen ma jixxennaqx ghall-gid tad-dinja. Ghax jekk ikun tghallem iqieghed it-tama tieghu fil-gid tad-dinja, din ix-xewqa thassarlu qalbu u fil-waqt tat-tigrib jindarab u ghandu mnejn ukoll jinbaram.

Ma jkunx ghalhekk qieghed iwaqqfu fuq il-blat min irawwmu hekk, imma jkun iqieghdu fuq ir-ramel. U l-blata kienet Kristu. L-insara huma msejjhin biex jixbhu lil Kristu fi tbatijietu, mhux biex jiggerrew wara x-xenqiet tad-dinja. Id-dghajjef jikseb il-farag meta jsib min jghidlu: “Stenna t-tigrib tad-dinja, imma l-Mulej johorgok hieles mit-tigrib kollu, kemmil darba qalbek ma titbighedx minnu. Ghax biex ifarrag il-qalb tieghek huwa gie halli jbati u jmut, gie halli jobzqulu u jdawwrulu rasu bix-xewk, gie halli jisma’ t-tghajjir u fl-ahhar jissammar mas-salib. Dan kollu huwa garrbu ghalik, u int ma garrabt xejn. Mhux ghalih innifsu bata, imma ghalik.”

Mattew 7, 21-27

“Mhux kull min jghidli: ‘Mulej, Mulej’, jidhol fis-Saltna tas-Smewwiet, izda min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-Smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm hafna li jghiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek habbarna ahna, u mhux f’ismek keccejna x-xjaten u f’ismek ghamilna hafna mirakli?’ Mbaghad jien nghidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li taghmlu l-hazen!’

Ghalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jaghmel li qieghed nghid jien, isir jixbah lil bniedem ghaqli li bena daru fuq il-blat. Nizlet ix-xita, gew il-widien, qamu l-irwiefen u habtu fuq dik id-dar, izda ma ggarrfitx ghax kellha s-sisien taghha fuq il-blat. Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jaghmilx li qieghed nghid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Nizlet ix-xita, gew il-widien, qamu l-irwiefen u habtu fuq dik id-dar, u ggarrfet; u kbira kienet il-qerda taghha!”

Fjuretti Kapitlu 23

Darba minnhom, huwa u jitlob fil-post tal-Porzjunkola, San Frangisk kellu rivelazzjoni divina u ra li dan l-imkien kien imdawwar u assedjat mid-demonji bhallikieu minn ezerctu kbir. Imma hadd minnhom ma seta’ jidhol fil-post, ghax l-ahwa li kienu jghixu fih kienu kollha ta’ qdusija kbira, hekk li d-demonji ma kienux jistghu jidhlu gewwa.

Komplew hekk, izda jum minnhom, wiehed minn dawk l-ahwa kellu xi jghid sewwa ma’ iehor, u qaghad jahseb f’qalbu dwar kif seta’ jakkuzah u jivvendika ruhu minnu. Minhabba f’hekk, billi dak baqa’ l-hin kollu mehdi b’dan il-hsieb hazin, id-demonju, issa li sab il-bieb miftuh, dahal fil-post, u ntefa’ fuq ghonq dak il-patri.

Meta r-raghaj, kollu hniena u herqa ghan-nghag tieghu li fuqhom kien jisher bla heda, ra li dahal il-lupu biex jibla’ n-nghaga ckejkna tieghu, baghat isejjah lil dak il-patri biex imur ghandu, u ikkmandah biex dak il-hin stess inehhi minnu l-velenu tal-mibgheda li kien nissel fih kontra l-proxxmu, u li minhabba fih hu kien f’idejn il-ghadu tieghu.

Dak beza’ hafna, ghax ra li l-missier qaddis kien fehem kollox, u talab bl-umilta’ kollha l-penitenza flimkien mal-hniena. Wara li ghamel dan, u rcieva l-mahfra ta’ dnubu u l-penitenza, dak il-hin stess, fil-prezenza ta’ San Frangisk, id-demonju telaq minn hemm. U dak il-patri, mehlus b’dan il-mod mill-bhima qalila, ghat-tjubija tar-raghaj it-tajjeb, izza hajr lil Alla. Hu gharaf jidhol lura fil-merhla tar-raghaj qaddis, imwiddeb u mghallem sewwa, u mbaghad kompla jghix fi qdusija kbira.

Twissijiet Kap 5, 7 San Frangisk ta’ Assisi

Li kieku int kont l-aktar wiehed sabih u l-aktar wiehed ghani, jew li kont taghmel hwejjeg hekk tal-ghageb li tharrab sahansitra d-demonji, dawn il-hwejjeg kollha kienu jkunu ghalik ta’ hsara, u xorta wahda xejn m’hu tieghek, u f’ebda haga minn dawn kollha ma tista’ tiftahar. B’haga wahda biss, iva, nistghu niftahru: b’dak li hu dghajjef fina, u li ngorru kuljum is-salib tal-Mulej taghna Gesu’ Kristu.

Papa San Ljun il-Kbir Il-Beatitudni

Dawk li ghandhom l-imhabba ta’ Alla u ta’ ghajrhom jisthoqqilhom ghalhekk li ma jarawx aktar tigrib u ma jibzghux aktar mit-tfixkil, imma, wara li jkun ghadda t-tigrib kollu, jistriehu fi sliem ta’ hena bla qjies, is-sliem ta’ Alla, bi Kristu Sidna, li jghix u jsaltan mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.