Tuesday, December 16, 2008

Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Frangiskan Sekular 2008 - Ungerija

KAPITLU GENERALI 2008

KONKLUŻJONIJIET

Il-prijoritajiet tal-Kapitlu Ġenerali jirreferu għat-temi li gejjin:

1. Formazzjoni
2. Komunikazzjoni
3. Preżenza fid-dinja
4. Gioventu Franġiskana
5. Fraternitajiet ġodda li qed jissawwru


FORMAZZJONI

Il-Formazzjoni tibqa’ il-prijorita assoluta tal-Kapitlu għall-Ordni kollu kemm hu. Il-Kapitlu għaraf is-siwi tal-proġett ta’ formazzjoni li ġa nbeda u ddeċida jkompli bl-istess direzzjoni sabiex hekk jiġi implementat b’mod sħiħ il-kors ta’ formazzjoni inizjali f’kull parti tad-dinja. Importanza kbira hija marbuta mal-formazzjoni tal-formatouri (dawk li jiffurmaw lil dawk li jidħlu) u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-fraternitajiet lokali huma milħuqa bil-proġett ta’ formazzjoni.


Flimkien mat-temi ġa proposti, huwa mitlub li l-proġett ta’ formazzjoni jinkludi wkoll it-temi li ġejjin :
1. Id-duttrina soċjali tal-Knisja
2. L-impenn soċjali u politiku tal-Fran[iskani Sekulari fid-dinja
3. Fehma aħjar tal-problemi sinjifikanti soċjali u politiċi ta’ llum
4. Żvilupp ta’ għajnuniet għal studju aktar iffukat u profound tal-leġiżlazzjoni ta’ l-OFS stess – Regola, Kostituzzjonijiet Generali u Ritwal.
5. Id-dokumenti l-aktar important tal-Knisja u tal-Maġisteru.


Il-Kapitlu ikompli jirrikkomanda li l-Presidenza tippromwovi l-formazzjoni permanenti billi tipproponi lill-fraternitajiet kollha fid-dinja tema ċentrali annwali u tipprovdi l-indikazzjonijiet neċessarji u għajnuniet biex tiżvilluppa u tistudja din it-tema

Barra minnhekk, huwa rrikomandat li l-formazzjoni ma tkunx implementata biss fuq livell intelletwali iżda wkoll fuq il-livell prattiku ta’ karita konkreta.

Il-Kapitlu jagħraf li s-sens ta appartenenza, il-vokazzjoni lill-fraternita, l-importanza u n-natura ta’ l-impenn tal-professjoni huma kollha elementi fundamentali fil-ħajja li l-Franġiskani Sekulari li għandhom jittieħdu, jiġu emfasiżżati u ri-proposti b’qawwa fil-formazzjoni inizjali u permanenti.

Huwa magħruf wkoll Il-bżonn urġenti li jiġu mdaħħla proġetti b’saħħithom u kkwalifikati ta’ promozzjoni vokazzjonali fil-livelli kollha ta’ formazzjoni.


Huwa rrikomandat ukoll li jkunu organnizzati mumenti ta’ “sharing”, bejn Frangiskani Sekulari u Frangiskani reliġjużi.


KOMUNIKAZZJONIJIET

Huwa magħruf li l-Ordni “jikkomunika” ftit wisq, kemm fi ħdan l-Ordni kif ukoll barra l-Ordni.

Fi ħdan l-Ordni, kull sforz kien sar sabiex il-komunikazzjoni tkun tista’ tiżdied, bil-għan li jkun hemm fehma u għarfien aħjar ta’ xulxin u wkoll biex tiġi implementata l-inizjattiva kemm fi ħdan l-Ordni kif ukoll barra mill-Ordni. Huwa essenzjali li l-Kunsillieri Internazzjonali jidħlu b’mod sħiħ f’l-irwoli tagħhom, f’rigward il-fraternitajiet nazzjonali tagħhom u lill-Presidenza, u li jikkomunikaw regolarment fiż-żewġ direzzjonijiet.

Huwa rrikomandat ukoll li tittie]ed kura partikulari fil-formazzjoni tal-Kunsillieri Internazzjonali f’dan ir-rigward billi jiġu żvilluppati marterji speċifiċi li jkunu jistgħu jiġu provduti lill-Kunsillieri Internazzjonalil ġodda mill-Kunsilllier Presidenzjali għall-dak il-qasam. (area)

Huwa meħtieġ li l-fraternitajiet nazzjonali kollha jinfetħu għal xulxin, l-aktar b’akkumpanjament u proġetti ta’ ġemellaġġi, speċjalment lejn il-Fraternitajiet ġodda u l-aktar fil-bżonn. Huwa meħtieġ li l-Presidenza tieħu rwol attiv ta’ promozzjoni u tħeġġiġ kostanti għall-għajnuna ta’ dan l-oġġettiv.

Bil-għan li jiġu mwieżna aktar il-fehma u l-għarfien tal-Ordni, kemm minn ġewwa w anke minn barra, huwa magħruf u apprezat x-xogħol eċċellenti li jitwettaq fuq is-sit elettroniku mill-Kapitlu li juri xewqa ċara li dan jiġi mtejjeb billi jittieħdu l-inizjattivi kollha meħtieġa nklużi dawk li jintalbu fondi neċessarji għas-support ta’ din l-inizjattiva.

Huwa mitlub ukoll titjib fid-database fejn huma miżmuma l-indirizzi postali w indirizzi elettroniċi li jistgħu jkunu aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-Ġifra (YouFra) għall-komunikazzjoni fil-livelli kollha.

Barra l-Ordni huwa meħtieġ li jkun stabbilit kuntatt effettiv u permanenti mal-Knisja fil-livelli kollha tagħha. Attenzjoni partikulari trid tingħata lill-Knejjes lokali sabiex tiġi rrealiżżata preżenza attiva fil-Knisa fejn in-nies jgħixu tassew ħajjithom.

Huwa wkoll meħtieġ jiġu identifikati kuntatti u modi biex tiġi stabbilita kollaborazzjoni li tagħti l-frott ma’ Franġiskani oħra, non-Kattoliċi, Terz ordnijiet, u ma’ movimenti ekkleżjali kollha u movimenti oħra ta’ rieda tajba li għandhom l-oġġettivi komuni ta’ l-OFS.

Wasal il-mument li nkunu kuraġġużi u viżibbli għas-servizz u ta’ xiehda tal-kariżma Frangiskana. Għal din ir-raġuni, fil-livelli kollha, l-Ordni jrid jieħu r-responsibiltajiet tiegħu li jkun preżenti b’mod attiv fl-okkażjonijiet ta’ laqg]at soċjali u fil-promozzjoni tad-drittijiet umani kif ukoll ta’ ġustizzja, paċi w integrita ta’ holqien. L-istrument priviliġġjat li għandu jkun mogħti l-appoġġ kollu b’kull mod possibbli, huwa Franciscans International.


PREŻENZA FID-DINJA

F’dan il-kapitlu ħarġet, bil-qawwa, l-ħtieġa li l-Franġiskani Sekulari li jassumu b’mod sħiħ is-sekularita tagħhom, li jkunu preżenti billi “jkunu” u “bix-xiehda tal-għemejjel tagħhom fid-dibattitu poliltiku u bil-kuraġġ jaraw sawrien ta’ liġijiet ġusti, fil-promozzjoni tad-drittijiet għall-ħajja fil-fażijiet kollha tagħha inklużi dawk li jbatu. Li huma fqar u dawk li huma mwarrba.

Għal żmien twil wisq, l-Ordni baqa’ “fis-sagristiji”. Wasal il-waqt u li ma jistax jiġi pospost aktar, li “jidħol fil-belt tal-bniedem”, biex jeżerċita’ b’determinazzjoni u b’viżjoni sħiħa r-responsibiltajiet tiegħu stess biex jixhed u jippromwovi ġustizzja, paċi, drittijiet umani u l-integrita tal-ħolqien.

Huwa meħtieġ li l-Ordni jkun preżenti bħala tali u mhux biss permezz ta’ inizjattivi ta’ valur fil-membri individwali tiegħu. Huwa important li niskopru mill-ġdid l-importanza tal-għarfien tiegħu nnifsu u f‘li nkunu ġisem wieħed għas-servizz tas-Saltna u tad-dinja sabiex din tista’ tkun mifidja fi Kristu. B’dan il-mod, l-Ordni jibda jkun konxju tad-dimensjoni dinjija tiegħu u tal-potenzjal soċjo-politiku li jista’ jinforza. Huwa d-dmir tiegħu (ta’ l-Ordni) li juża’ din il-preżenza f’kull rokna tad-dinja biex jaħdem effettivament kullimkien u jsir viżibbli bill jippromwovi inizzjattivi qawwija u kuraġġużi anke fl-organiżżazzjonijiet governattivi nazzjonali w internazzjonali.

ŻOGĦŻIJA FRANĠISKANA

Il-Kapitlu għaraf ix-xogħol eċċellenti li sar fis-sitt snin li għaddew fi ħdan il-ġoventu Franġiskana u jitlob il-Presidenza li tkompli tieħu dan l-impenn meħtieġ b’riżq il-Goventu Franġiskana billi temfasiżża r-responsibita tal-OFS lejn il-GiFra sabiex jiżdied u jitjieb l-għarfien u it-teħid attiv tar-responsibilta tagħha.

Huwa irrikomandat li jkunu mwettqa u magħmula distribuzzjoni bir-reqqa ta’ materji fundamentali prodotti mill-Presidenza.

Huwa mitlub li jkunu preparati għodda, meżżi, adekwati li jikkonċernaw l-għażla u l-preparazzjoni ta’ animatur fraterni fil-livelli kollha.

Kura w attenzjoni partikulari trid tingħata lill-fraternitajiet ġodda tal-ĠiFra li qed jissawwru u li tittieħed l-attenzjoni meħtieġa fil-formazzjoni tal-ĠiFra u ta’ Zagħżagħ li għamlu il-professjoni tagħhom fl-OFS.

Huwa meħtieġ li l-membri kollha tal-ĠiFra jkunu mistednin fl-okkażjonijiet sinjifikanti tal-OFS u li għaqda vera u qsim ta’ proġetti komuni jkunu mwettqa u magħmula.

Huwa mitlub ukoll sabiex l-informazzjoni meħtieġa tkun miġbura biex jinftiehem fejn teżisti il-ĠiFra u (magħruf) n-numru tal-membri tagħha fil-partijiet differenti fid-dinja.

FRATERNITAJIET NAZZJONALI ĠODDA LI QED JISSAWWRU
Fraternitajiet ġodda li qed jissawwru huma l-għana tal-Ordni, li tikber u tespandi għall-evanġeliżżazzjoni tad-dinja. Huma s-sinjal u kontribuzzjoni kwalifikata tal-vitalita tal-kariżma Franġiskana u partikolarment tal-kariżma Franġiskana Sekulari. Huma jikkostitwixxu xiehda Kristjana u Franġiskana, u minn xi daqqiet, l-unika waħda f’numru ta’ pajjiżi fid-dinja. Ta’ spiss din hija preżenza li tħalli l-frott għalkemm ippersigwitata w ostakolata, anke sal-punt li jissugraw ħajjithom, u hija din li żżomm u tmantni l-qalba tal-fidi fl-irkejjen kollha tad-dinja.

Il-fraternitajiet ġodda li qed jissawwru għandhom jiġu segwiti b’kura w attenzjoni partikulari. Il-Presidenza hija mitluba li tagħżel Kunsillier Presidenzjali bl-iskop li konkretament jassumi din ir-responsibita għall-fraternitajiet ġodda li qed jissawwru.

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li kull fraternita nazzjonali jkun akkumpanjat minn fraternita nazzjonali oħra li tkun stabbilita. Sfortunatament, s’issa,, ma kienx hemm respons u attenzjoni suffiċċjenti mill-parti ta’ fraternitajiet nazzjonali stabbiliti. Huwa rrikomandat bil-qawwa li kull fraternita nazzjonali stabbililta tirrispondi b’ġenerożita, bla dewmien u b’sens ta’ responsibilta biex jintlaħaq dan il-bżonn meħtieġ.

Huwa mitlub ukoll li tiġi studjata l-possibilta li jiġu miġbura fondi speċifiċi biex jwieżnu it-triq għall-fraternitajiet ġodda aktar fqar li qed jissawwru.