Monday, March 16, 2009

Irtir Randan 2009 - minn Fr Ivan Scicluna Ofm. cap


IRTIR TAR-RANDAN l5 ta' Marzu 2009
INTRODUZZJONI
l. Naqraw is-silta Gw 2l:l5-23.

2. Infissru xi dettaiji speċjalment id-dixxipulat f’San Ġwann.

3. Id-dixxipulat f'Ġwanni Pawlu II u f’Marija bħala sensiela ta’ sejħat u tweġibiet li jintensifikaw ruħhom.

4. Applikazzjoni għall-mixja Nisranija tagħna.

l. Gw 2l:l5-23: agapaõ u phileõ
- Deus Caritas Est: Imħabba Eros, (erotic, senswali, tfittex tirċievi, egoistika) phileõ (ħbieb, give and take), agape (sagrifikali, karita’ nisranija, dik il-forma ta' mħabba li tagħti lilha nnifisha, tagħti kollox, "love until it hurts” M. Tereza).
Gk. Fl-ewwel żewġ "tħobbni, Ġesu’ juża agapao (imħabba sagrifikali). Fl-ewwel żewġ "inħobbok", Pietru juża phileo (imħabba ta' bejn il-ħbieb). Fit-tielet ‘thobbni”, Ġesu’ juża pbileo u Pietru jkompli jwieġeb b’phileõ.
Kwazi l-istudjuzi modemi kollha jaqblu li r-Raba" Evanġelista juża verbi sinonimi biex ivarja l-istil tal-kitba (ara wkoll: "itma” fl-ewwel żewġ imperattivi ta’ Ġesu’, u "irgħa” fl-aħħar kmand ta Kristu; ''brief” fl-ewwel kmand ta’ Ġesu’, u "ngħaġ” fl-aħħar żewġ imperattivi ta’ Kristu).
Oħrajn isostnu li agapao hija wisq għal Pietru. Ġesu’ jinżel għal livell tiegħu. Jitlaq minn Pietru.
Pero, meta jħabbarlu "b'liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil ALLA” bil-kliem, "meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddiehor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid!” jerġa' jqiegħed l-imħabba agape bħala ideal li jrid jintlahaq.

2. Gw 2l:l5-23: Id-dixxipulat f’San Ġwann
- Evanġelista jirrepeti kelma/frazi: għax tkun importanti. Ġesu’ jfakkar darbtejn lil Pietru fl-istat tiegħu ta’ dixxiplu: "Imxi warajja”.
Diga’ distinzjoni bejn dixxipli tar-Rabbini Lhud, dixxipli ta" Ġesu’:
Dixxiplu tar-Rabbi Lhudi (dar ta’ studju, stabilita’ fiżika), Dixxiplu ta’ Ġesu’ (itineranti);

2. Dixxiplu tar-Rabbi Lhudi (żmien qasir, 2-3 snin p.e. Pawlu għal tliet snin taħt Gamaljel, jista" jinbidel ir-Rabbi), Dixxiplu ta’ Ġesu’ (permanent!, Ġesu’ jibqa’ dejjem hu);

3. Dixxiplu tar-Rabbi Lhudi (irġiel biss), Dixxiplu ta’ Ġesu’ (nisa kienu semmiegħa u mxew warajh mill-qrib);

4. Dixxiplu tar-Rabbi Lhudi (min ried isir dixxiplu kien jitlob), Dixxiplu ta’ Ġesu’ (Inizjattiva ta’ Kristu: il-bieraħ f’San Mark, "sejjaħ lil dawk li ried" Mk3:l3);

5. Dixxiplu tar-Rabbi Lhudi (dixxiplu kien joħlom li xi darba jsir Rabbi u jeħodlu postu), Dixxiplu ta’ Ġesu’ (mitlubin jiċħdu lilhom infushom u jibqg]u dejjem dixxipli);

6. Dixxiplu tar-Rabbi Lhudi (Rabbi kien jgħallem il-liġi, it-Torah, lid-dixxipli), Dixxiplu ta’ Ġesu’ (stil gdid ta’ ħajja, valuri ta’ l-Evangelju li huma valuri eżistenzjali).
- F'San Ġwann id-dixxipulat jieħu tifsira iktar profonda. Kapuċċin Malti qed itemm it-teżi dotorali tiegħu fuq il- verb "seeking" f’San Ġwann. Għalfejn imorru wara Ġesu’? X'qed ifittxu? "Xi tridu?" (Gw l:38). Biex joqtluh, iħaġġruh, jaraw is-sinjali, ... id-dixxiplu l-veru huwa dak li jmur warajh, jara u jibqa' miegħu: ritornell fl-Aħħar Cena: "to abide in Him". "U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod u dakinhar baqgħu miegħu" (Gw 2l:39).

Dixxipulat f’San Ġwann iwassal għal dik l-intimita tad-Dixxiplu l-Maħbub li jmejjel rasu fuq sider Kristu. "Ġuf!" Parallel mal-Prologu: "Lil Alla għadu ħadd ma rah imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta" Alla, li hu fi ħdan il-Missier" (Gw l:l8) u ma' l-Epilogu: "Inti x'inhi affarik jekk jiena rridu jibqa' sa ma nigi?" (Gw 2l:22). Kwadru ta' intimita’.

3. Il-mixja spiritwali ta' Ġwanni Pawlu II fid-dawl ta' Gw 2l:l5-23
- Gw 2l:l5-23 inqrat fil-funeral tal-Papa Ġwanni Pawlu II, nhar it-8 ta’ April 2005. Fl-omelija, il-Kardinal Joseph Ratzinger ispira ruhu mis-sejha li Kristu Rxoxt kien għamel lil Pietru: "Imxi warajja" (Gw 2l:22). Qasam ħajjet il-Papa Pollakk f’erba’ fażijiet prinċipali. Kull fażi hija kkaratterizzata minn stedina min-naħħa ta" Kristu u tweġiba min-naħħa ta' Carol Wojtyla.
Kif se naraw, kull "imxi warajja" tinkarna fi żmien u kuntest partikulari u ssir dejjem iżjed esiġenti. L-"hawn jien" ta’ Carol ukoll tinbidel u tintensifika ruħha minn fażi għall-oħra.

3.l L-Ewwel "Imxi warajija": Saċerdot
L-ewwel "imixi warajja" waslet f’widnet Carol fi zmien ta’ terrur: it-Tieni Gwerra Dinjija (l939-l945). Carol ħass lill-Mulej isejjaħlu biex jimxi warajh fit-triq tas-saċerdozju.
- L-"Hawn jien” taz-żagħżugħ Pollakk issarfet fid-dħul tiegħu fis-seminarju imwaqqaf b'mod klandestin mill-Kardinal Sapieha. Wara l-gwerra, is-seminarist Carol rnexxielu jtemm l-istudji teologici tiegħu fi Krakovja u gie ordnat saċerdot fl-l ta' Novembu, l946.

3.2 It-Tieni "imxi warajja”: Isqof
- “Imxi warajja!" F'Lulju ta' l-l958, is-saċerdot żagħżugħ Carol Wojtyla daħal f’fażi ġdida tal-mixja tiegħu wara l-Mulej. Kif kien imdorri jagħmel, mar flimkien ma' grupp ta' żgħażagħ ħdejn ix-xmajjar Masuri għal xi jiem ta’ vaganzi. Miegħu ħa ittra li kien irċieva u li fiha kien mitlub jiltaqa’ mal-Kardinal Wyszynski. F'din il-laqgħa, il-Kardinal ħabbarlu li kien imsejjaħ biex jaqdi l-uffiċċju ta' Isqof Awżiljarju ta' Krakovja.

Carol għaraf il-vuċi ta’ Kristu fil-vuċi tal-Knisja u għalhekk accetta li jħalli d-dinja akkademika u x-xogħol affaxxinanti maż-żgħażagħ u ntefa jaqdi lill-Mulej fil-ministeru ta' l-episkopat. Ma kellhiex tkun l-aħħar twegiba ta’ Carol.

3.3 It-Tielet "Imxi warajija": Papa
- "Imxi warajja!" "Imxi warajja!" F'Ottubu ta' l-l978, il-Kardinal Wojtyla sema’ għal darb'oħra l-leħen tal-Mulej, din id-darba biex imexxi l-Knisja universal! Bħala Papa.
- Misjuq mill-imħabba ta’ Kristu, l-Arcisqof ta' Krokovja accetta dan l-inkariku ġdid u tul il-pontifikat twil tiegħu (l978-2005) ġera mad-dinja kollha biex jirgħa n-ngħaġ ta' Kristu.

3.4 Ir-Raba’ “Imxi warajja": Tbatija
"Imxi warajja!” Ir-raba' u l-aħħar "imxi warajja” feġġet meta l-piż tal-mard beda jagħfas [mielu fuq il-ġisem tal-Papa Pollakk li ftit ftit beda jifhem li l-Mulej kien qed isejjaħlu biex jissieħeb miegħu fis-sofferenzi u jsir jixħbu fit-tbatijiet (Fil 3:l0). Kull ma jmur beda jifhem dejjem iktar it-tifsira tal-kelmiet ta" Kristu lil Pietru fl-epilogu ta’ San Ġwann: "meta tixjieh, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid (Gw 2l:l8). - Angelus l994: pregare e soffire per la Chiesa. F'komunjoni intima mas-sofferenzi ta’ Kristu, Ġwanni Pawlu ll ġarr is-salib tal-mard b'intensita’ qawwija u b'fedelta’ sħiħa sa l-aħħar u sar ikona ta' dik l-imħabba vera li tintagħaġen biss fil-forn tat-tbatija.

Konkluzjoni: Il-mixja spiritwali ta’ Ġwanni Pawlu II bħala katina ta' sejħat u tweġibiet li kulma jmur dejjem jintensifikaw ruħhom.

4. Il-mixja spiritwali ta' Marija fid-dawl ta’ Gw 2l:l5-23: katina ta’ sejħat u tweġibiet
- Hekk kif il-Kardinal Ratzinger imexxielu jaqra l-ħajja tal-Papa Pollakk bħala katina ta’ sejħat u tweġibiet li kull ma jmur ħadu sura dejjem iżjed esiġenti u intensa, hekk ukoll nistgħu nilmħu fl-itinerarju spiritwali ta’ Marija sensiela ta’ inizjattivi min-naħa tal-Mulej li qanqlu fil-Verġni Mbierka numm ta’ tweġibiet li minkejja d-differenza fil-kontenut tagħhom huma marbuta intimament ma’ xulxin.

4.l L-ewwel "Imxi warajja": L-Annunzjazzjoni
• "Imxi warajja!” Alla bagħat l-Anglu Gabrijel għand ix-xbejba ta’ Nazaret, Marija, biex iħabbrilha li kellha ssir Omm Alla. Sejħa tremenda, sorprendenti, qatt mistennija: sajjetta fil-bnazzi. Marija tħawdet, beżgħet u ftit li xejn fehmet x'setgħet qatt tfisser dik l-aħbar. Kienet sejħa biex timxi wara l-Mulej mingħajr ma tifhem il-għala u il-kif ... sejħa biex tħalli mħabbitha għal Alla ssuqha u tinkina quddiem il-ħolma ta’ Alla għaliha ... sejha biex tidħol fil-logika li "għal Alla ma hemm xejn li majistax isir" (Lq l:37).
- U Marija ssugrat tintelaq, tat il-pass fid-dlam, '"ħalliet il-ġarra’ tagħha (Gw 4:28) u ntreħiet fl-idejn ġentili tal-Fuħħari (Ger l8:4): "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skond kelmtek" (Lq l:38). Patri Raniero Cantalamessa OFMCap ilaqqam din it-twegiba min-naħa ta’ Marija bħala l-ikbar att ta’ fidi fl-istorja tal-bniedem, u bħala l-iktar wieħed deċiżiv (ara R. CANTALAMESSA, Mary. Mirror of the Church, p.39). B'mod tassew intwittiv, Origene qal li f’din ir-risposta ta’ abbandun fAlla, Marija kienet qisha qed tgħidlu: "Ara, jiena tavla tax-xemgħa lesta għall-kitba: ħalli l-Kittieb jikteb dak li jrid, ħalli l-Mulej jagħmel bija dak li jogħgbu” (ORIGENE, Commentary on the Gospel of Luke, Fragment l8).

4.2 It-Tieni "Imxi warajija”: Kenosi
- "Imxi warajja!" "Imxi warajja!" It-tieni forma ta’ sejħa li Alla għamel lil Marija kienet biex tissieħeb fil-kenosi ta’ Binha {esu’. Fl-ittra lil Filippin, San Pawl jgħidilna li Kristu "xejjen lilu nnifsu" (Fil 2:7). F’hiex kien jikkonsisti dan it-tixjin, din il-kenosi ta' Kristu? Primarjament fil-fatt li, "għad li kellu n-natura ta' Alla" (Fil 2:6), Kristu ma qgħadx ifittex li jafferma d-drittijiet u l-privileġġi divini tiegħu imma "`ċekken lilu nnifsu" (Fil 2:8) billi ħa n-natura ta' qaddej, ta' Isir, u deher quddiem kulħadd bħala bniedem komuni bħal kull bniedem ieħor (Fil 2:7). Bl-istess mod, it-tixjin, il-kenosi ta' Marija dehret fil-fatt li, minflok ma hija fittxet li tasserixxi d-drittijiet tagħha bħala Omm il-Messija, aċċettat li ma tissodisfax dawn id-drittijiet u dehret quddiem kulħadd bħala mara komuni bħal kull mara Lhudija oħra.
Hekk, per eżempju, Marija kellha dritt, anzi dmir, bħala omm tfittex lil binha meta tilfitu ta' tnax-il sena. Iżda meta wara tlett ijiem issibu fit-tempju tiġi kkonfrontanta b'dik il-mistoqsija qawwija: "għaliex kontu qegħdin tfittxuni?
Ma tafax li jien għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?" (Lq 2:49). Din il-mistoqsija bdiet tagħti lil Marija x’tifhem li l-Mulej kien qed isejħilha biex tixxejjen mid-drittijiet materni tagħha, li bejnha u bejn binha Ġesu’ kien hemm rieda oħra li kienet infinitament iżjed importanti — dik tal-Missier.
Kellha tiċċaħħad anki mid-dritt li Binha jsejħilha "ma" u li jisma" minnha għax hi ommu. Infatti, fit-tieġ ta' Kana, Kristu jsejħilha "mara" meta jg]idilha: "x'hemm bejni u bejnek, mara?" Dawn il-kliem donnhom ripetizzjoni ta’ dawk imlissna fit-tempju snin ilu u bihom Kristu ried ikompli jfiehem lil ommu li bejnu u bejnha kellu jkun hemm distanza minħabba l-primat li kellha f’ħajtu r-Rieda tal-Missier u l-missjoni li għaliha kien mibgħut.
Fl-aħħarnett, liema omm ma tiħux gost tipprepara l-ikel għal uliedha, tahsel il-ħwejjeġ tagħhom u tagħtihom dak li jkollhom bżonn? Marija kellha tiċċaħħad anki minn dan id-dritt hi fatti, fost in-nisa twajba li kienu jieħdu ħsieb Ġesu’ u l-appostli tiegħu, San Luqa ma jinkludix lil ommu. Isemmi lil Marija ta' Magdala, lil Ġwanna, lil Susanna u xi oħrajn, iżda omm Ġesu’ titħalla barra (Lq 8:2-3). Marija tħalli dawn iċ-ċirkustanzi jgħallmuha tiftaqar mid-drittijiet materni tagħha u hekk tissieħeb fil-kenosi ta" Binha.

4.3 It-Tielet "Imxi warajja": Tbatija
- "Imxi warajja!" ll-kenosi ta" Kristu laħqet il-qofol tagħha fuq is-salib: "ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib" (Fil 2:8). Bl-istess mod, it-tixjin ta' Marija laħaq il-milja tiegħu fit-tisħib tagħha fil-passjoni ta' Binha.
- Biex timxi warajh b'mod sħiħ u hekk tkun l-ewwel u l-iktar dixxiplu perfett ta' Binha, Marija Ġarrbet f’ruħha dak li huwa sofra fiżakament. Ironikament, id-distanza kiefra li kienet tifred lil
Marija minn Binha l-Għażiż fuq il-Għolja tal-Golgota, saret il-mezz ta' l-ikbar għaqda bejn iż-żewġt iqlub. Il-firda saret espressjoni ta’ unjoni mill-iktar intima bejn l-omm u Binha. Fil-logika spiritwali, it-tbatija tieħu kulur ġdid (mhux ta b'xejn li Mel Gibson, fil-film The Passion of the Christ, ipoġġi fuq fomm Kristu meta dan jiltaqa’ ma' ommu fit-triq tas-salib, il-kelmiet meħudin mill ktieb ta' l-Apokalissi: "Ara, se nġedded kollox"); it-tbatija ssir mezz mill-iktar fejjiedi biex wieħed jitwaħħal intimament ma' Kristu. Marija fehmietu dan u ħalliet dan is-sejf ta' dulur jinfed lir-ruħ tagħha (Lq 2:35). L-"Hawn jien" li kienet lissnet lill-anġlu tlieta u tletin sena qabel, baqgħet ittenniha b'fedelta sa taħt is-salib.
4.4 Ir-Raba" "Imxi warajja": Matemita’ spiritwali
- "Imxi warajja!” Donnu li l-kenosi ta" Marija li tkellimna dwarha s'hawn kienet kollha tħejjija għall-aħħar sejħa li Alla għamel lil Marija: dik li tkun omm il-bnedmin kollha. Din il-missjoni ġdida giet afdata lilha propju taħt is-salib meta l-agonizzanti Binha qal lid-dixxiplu l-maħbub, "Hemm hi ommok!" U minn dak il-ħin, id-dixxiplu ħadha għandu (Gw l9:27). Tul ħajjitha, Marija kellha tiċċaħħad mid-drittijiet tagħha bħala omm il-Messija biex tikseb maternita" iktar wiesgħa, biex tkun l-omm spiritwali tal-bnedmin kollha. Id-dehriet Marjani approvati mill-Knisja (bħal dawk li seħħew f’Lourdes, f’La Salette u f’Fatima) huma xhieda li Marija għadha tieħu ħsiebna mis-sema, għadha teżerċita l-maternita’ spiritwali tagħha fuqna Ikoll, bħalma omm tieħu ħsieb uliedha sa ma tarahom jikbru f’persuni maturi u b'saħħithom.

5. U l-mixja spiritwali tiegħek? Fhiex waslet?
Marija tgħallimna li anki l-ħajja nisranija tagħna nistu naqrawha bħala sensiela ta' inizjattivi jew sejħat min-naħa ta' Alla li jeżiġu risposta libera min-naħa tagħna.
L-inizjattiva t'Alla la hi 'kmand' impost faqna b’saħħa u lanqas hi sempliċi 'proposta’ hija pjuttost sejħa li tattira, tisseduċi u tħajjar għal risposta.
- Il-kollaborazzjom tagħna tagħti lil Alla l-liberta' li jagħmlilna sejħat iktar impenjattivi. Iktar ma ninfetħu għall-ħolma ta’ Alla għalina iktar nesponu ruħna għas-sorpriżi tiegħu. Iktar ma nagħmlu tagħna r-ritornell ta’ Marija - "Hawn Jien" — iktar nintebħu kemm ma’ Alla l-Ħaj mhemm qatt punt ta' wasla imma dejjem punt ta' tluq, qatt full stop, imma dejjem comma. Hekk il-mixja nisranija tag]na ssir misteru ta’ don u kisba, sensiela ta’ sej]at ("imxi warajja") u tweġibiet ("hawn jien") li kull ma jmur dejjem jintensifikaw ruħhom, grazzja u natura, relazzjoni ta’ mħabba li ssir dejjem iżjed profonda, sabiħa, ġdida, sakemm insiru dak "ir-raġel magħmul, fl-aħjar ta’ żmienu. U hekk isseħħ il-milja ta" Kristu" (4:l3).

- Mistoqsija: Kif qed ngħix is-sejħa Nisranija-Frangiskana?
- B'mod statiku, fiss, mekkaniku, ripetittiv? JEW
- Bħala Don u Impenn, inizjattiva ta’ Alla u kisba tal-bniedem, sejħa u tweġiba, servizz li huwa dejjem ġdid bħal dak "l-inbid it-tajjeb li jitħalla għall-aħħar", "l-inbid ġdid li jifqa" d-damiġġjani qodma tal-ġild”, jsib l-għeruq tiegħu f’relazzjoni dinamika ta’ mħabba bejn is-Sid u l-qaddej?
Deo Gratias et Maria

No comments: